Skip to content Skip to footer

Aqra r-Rapporti Annwali tagħna

Bis-saħħa ta’ Artiklu 14 tal-Att dwar L-Iżvilupp Sostenibbli, Kap. 521, l-awtorità kompetenti għandha tħejji u tippreżenta rapport li jittratta b’mod ġenerali l-politiki u l-miżuri f’kull settur li huma relatati ma’ Żvilupp Sostenibbli u li kienu implimentati mill-Gvern matul is-sena preċedenti.

Dan ir-rapport jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru responsabbli u jsir dibattitu dwaru bil-għan li jitkompla jiżdied l-għarfien dwar l-Iżvilupp Sostenibbli. Dan ir-rapport annwali huwa sors importanti li jagħti kontabiltà fir-rigward tal-progress miksub fil-qasam ta’ Żvilupp Sostenibbli waqt li jservi wkoll ta’ linja gwida għal setturi li jkunu jeħtieġu titjib.

Sa mill-2017 ‘il quddiem, l-attivitajiet u l-miżuri li twettqu mill-Gvern qed ikunu integrati mal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) li joħorġu minnha. Dawn huma għanijiet li Malta, flimkien ma’ pajjiżi oħra, qablu li jimplimentaw u jiksbu sal-2030.