Għaqdiet Volontarji għandhom l-opportunità biex japplikaw għal skema maħruġa mid-Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat. Din l-iskema se ssir b’investiment ta’ €50,000 sabiex tgħin l-għaqdiet jimplimentaw proġetti jew inizjattivi tanġibli relatati mal-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli.
