Min aħna u
x-Xogħol Tagħna
Id-Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir twaqqaf fl-2015 permezz tal-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, Kap. 521. Id-Direttorat huwa inkarigat:
- bil-formulazzjoni u bl-implimentazzjoni tal-politiki nazzjonali tal-Gvern għall-iżvilupp sostenibbli;
- monitoraġġ u rappurtar dwar il‑progress ta’ Malta, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali, fir‑rigward tal‑iżvilupp sostenibbli;
- bl-iżvilupp u t-tisħiħ tal-kapaċità fil-Ministeri kollha biex tiġi żgurata integrazzjoni effettiva tal-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli fil-ħidma tal-Gvern; kif ukoll
- bil-qawmien ta’ kuxjenza u bil-promozzjoni ta’ kwistjonijiet u prattiki relatati mas-sostenibbiltà fis-soċjetà kollha.
Il-
Missjoni Tagħna
Niżviluppaw u
Nimplimentaw
L-Istrateġija ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli għall-2050: naġġornaw u nirrevedu din l-Istrateġija f’konformità mal-iżviluppi nazzjonali, ma’ dawk tal-UE u ma’ dawk internazzjonali. Barra minn hekk, id‑Direttorat huwa responsabbli għall‑monitoraġġ tal‑progress fuq sett ta’ indikaturi nazzjonali u internazzjonali relatati mal‑iżvilupp sostenibbli.
Nintegraw
is-Sostenibbiltà
Fil-proċess ta’ ppjanar tal-politika, tal-programmi, tal-proġetti u tal-inizjattivi tal-Gvern permezz tal-integrazzjoni tal-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli fil-proċess tal-baġit nazzjonali.
Id-Direttorat jirrieżamina wkoll il-politiki u l-pjanijiet settorjali Ministerjali, biex jiżgura li dawn ikunu f’konformità mal-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli u li jqisu s-sostenibbiltà fil-ħidma tagħhom.
Ninteraġixxu
Billi nżommu liċ-ċittadini infurmati dwar il-politiki u l-inizjattivi għall-iżvilupp sostenibbli u billi ninvolvuhom fid-diskussjonijiet u fl-avvenimenti relatati. Id-Direttorat jaħdem favur u jippromwovi wkoll prattiki sostenibbli fl-amministrazzjoni pubblika, fis-settur privat u fis-soċjetà inġenerali.
