Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli
Fl-2015, l-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti—inkluża Malta—adottaw l-Agenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli bl-għan li jipprovdu pjan konġunt għall-paċi u l-prosperità għan-nies u l-pjaneta, fil-preżent u għall-ġejjieni.
Hemm 17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) li jappellaw għal azzjoni urġenti mill-pajjiżi kollha biex jiġu indirizzati kwistjonijiet li jirrigwardaw il-faqar, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-inugwaljanzi, it-tkabbir ekonomiku, it-tibdil fil-klima u l-preservazzjoni tal-oċeani u tal-ekosistemi terrestri tagħna. Esplora l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u l-miri tagħhom!