Skip to content Skip to footer

Ġimgħa Ewropea tal-Iżvilupp Sostenibbli 2022

Malta Jiem ta’ Azzjoni Għall-Iżvilupp Sostenibbli: Kun Parti mill-Bidla

L-Għan tal-Jiem ta’ Azzjoni
Il-Ministeru għall-Ambjent, Enerġija u Intrapriża bħalissa jinsab fil-proċess li jabbozza programm ta’ avvenimenti bħala parti mill-Ġimgħa Ewropea tal-Iżvilupp Sostenibbli 2022 li se ssir bejn l-20 u s-26 ta’ Settembru 2022.

L-għan tal-Jiem ta’ Azzjoni huwa li jippromwovu u jrawmu kuxjenza dwar l-iżvilupp sostenibbli u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u li jispiraw aktar organizzazzjonijiet biex jieħdu aktar azzjoni u juru l-impenn tagħhom lejn is-sostenibbiltà.

Il-Ministeru jirrikonoxxi l-importanza tas-soċjetà ċivili u ta’ atturi oħrajn fil-komunità, kif ukoll tas-settur privat, fir-rwol u l-attiviżmu tagħhom lejn is-sostenibbiltà, u għalhekk qiegħed jistenna bil-ħerqa li juri x-xogħol tiegħek u kwalunkwe inizjattiva meħuda f’dan ir-rigward.  

X’tip ta’ inizjattiva/i?
L-inizjattivi jistgħu jkunu kwalunkwe attività li ssir bejn l-20 u s-26 ta’ Settembru 2022 u għandhom ikunu marbuta mal-Aġenda 2030 tan-NU ul-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli. L-inizjattiva tiegħek tista’ tvarja minn sessjonijiet ta’ informazzjoni, proġetti komunitarji, kampanji li jqajmu l-kuxjenza, jew inizjattivi diġitali.  

Kif jistgħu l-Organizzazzjonijiet jirreġistraw?
Inizjattivi jistgħu jiġu rreġistrati billi timla l-formola hawnhekk.  

Kif se jintwerew l-inizjattivi
Il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża se juri l-inizjattivi fuq il-websajt tiegħu, il-midja soċjali u stqarrijiet għall-istampa.  

Skadenza għas-sottomissjonijiet L-iskadenza għas-sottomissjonijiet hija l-Ġimgħa, 26 ta’ Awwissu 2022. Jekk għandek xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq sustainabledevelopment@gov.mt.

Dettalji ta’ Kuntatt

Sustainable Development Directorate
No 3, MF Business Center (Level 2),
Triq Galanton Vassallo,
Santa Venera, Malta 

Midja Soċjali

© Copyright 2022 – Sustainable Development. All Rights Reserved.