Ġnien l-Indipendenza, b’medda ta’ 1,500 metru kwadru, se jkun qed jiġi riġenerat b’investiment ta’ €200,000 biex joffri aċċessibilità lil persuni b’diżabilità, jassigura effiċjenza fl-użu tar-riżorsi bħalma huma l-ilma u d-dawl u jipprovdi kenn lil min iżuru.
Il-bankijiet f’dan il-ġnien se jkunu magħmula minn plastik riċiklat li jirrikjedu anqas manutenzjoni biex jinżammu f’kundizzjoni tajba. L-istrutturi li se jipprovdu kenn mill-elementi se jkunu magħmula mill-injam filwaqt li l-ġiebja se tkun qed tiġi restawrata biex l-ilma tax-xita ma jintilifx u jintuża għat-tisqija tal-ġnien.
Miriam Dalli | MaltaGov | Parks Malta | Kunsill Lokali Birzebbuga | Sostenibilità
