Skip to content Skip to footer

Il-Koordinaturi responsabbli għall-Iżvilupp Sostenibbli

L-Artikolu 7 tal-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, Kap. 521 lis-Segretarji Permanenti fi ħdan kull Ministeru bħala Koordinaturi responsabbli għall-Iżvilupp Sostenibbli għal dak il-Ministeru.

Il-Koordinaturi huma responsabbli mill-integrazzjoni tas-sostenibbiltà fl-amministrazzjoni pubblika u mill-għoti ta’ għajnuna lid-Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli, billi jagħtu input dwar il-formulazzjoni, ir-reviżjoni jew il-monitoraġġ ta’ strateġiji, politiki jew kull inizjattiva oħra relatata mal-iżvilupp sostenibbli, kif ukoll billi jagħtu kwalunkwe forma oħra ta’ input li, minn żmien għal ieħor, jista’ jkun meħtieġ fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli.