Skip to content Skip to footer

Story Book dwar l-Iżvilupp Sostenibbli

Id-Direttorat tal-Iżvilupp Sostenibbli, b’kollaborazzjoni ma’ Trevor Zahra, ippubblika storybook dwar l-iżvilupp sostenibbli. L-għan ta’ dan il-ktieb huwa li jżid l-għarfien dwar l-iżvilupp sostenibbli u s-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU.

Il-ktieb jinkorpora t-tliet pilastri tal-iżvilupp sostenibbli – soċjali, ekonomiku, ambjentali – li juri l-importanza li jintlaħqu sinerġiji akbar bejn dawn il-pilastri biex jinkiseb żvilupp sostenibbli. Dan il-ktieb jenfasizza l-benefiċċji tas-sostenibbiltà u jħares lejn kif nistgħu nagħmlu għażliet sostenibbli fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Dan il-ktieb qed jitqassam fost l-istudenti tas-Sitt Sena madwar Malta u Għawdex.