Ir-Retikolat għall-Iżvilupp Sostenibbli
L-Artikolu 9 tal-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, Kap. 521 iwaqqaf ir-Retikolat għall-Iżvilupp Sostenibbli bl-għan li jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli f’Malta. Il-funzjoni tar-Retikolat hija li jħeġġeġ għarfien u prattiki mifruxa tal-iżvilupp sostenibbli.
Wara l-emenda bl-Att Nru I tal-2019, il-kompożizzjoni tar-Retikolat għall-Iżvilupp Sostenibbli ġiet emendata biex ir-Retikolat jingħata l-mandat biex iwaqqaf għadd ta’ sottokumitati li jistgħu jippromwovu d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli u li għandhom jikkonsistu minn rappreżentanti tas-sħab soċjali, tal-atturi u ta’ dawk b’interess speċifiku fil-qasam.
Minn xiex inhu magħmul ir-Retikolat?
• President maħtur mill-Prim Ministru;
• Viċi president maħtur mill-Ministru;
• Il-Koordinaturi responsabbli għall-Iżvilupp Sostenibbli inkarigati minn kwistjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali;
• Persuna mis-settur tal-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi li għandha għarfien u esperjenza fi kwistjonijiet ambjentali, maħtura mill-Ministru;
• Individwi b’għarfien u esperjenza: (i) fil-kummerċ, fl-ekonomija u fl-industrija; (ii) fl-affarijiet soċjali u komunitarji; u (iii) fi kwistjonijiet ambjentali. Dawn jinħatru mill-Ministru wara konsultazzjonijiet mal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali ta’ Malta.
Membri tal-Bord
President
Is-Sur Marvin Zammit
Viċi-President
Dott. Janice Formosa Pace
Membri
Is-Sur Joseph F. Caruana
Is-Sa Nancy Caruana
Is-Sur Mark Musù
Is-Sur Eucharist Bajada
Dott. Maria Brown
Is-Sa Romina Fenech
Segretarju
Dott. Dirk Urpani