ISPIRA L-BIDLA PERMEZZ TA’ PROĠETTI: ALTERNATTIVI SOSTENIBBLI GĦAT-TKABBIR
Għandek idea ta’ proġett sostenibbli jew innovattiv? Tixtieq tara l-idea tiegħek issir realtà? JCI Malta u l-Ministeru għall-Ambjent, Enerġija u Intrapriża (MEEE) qed jorganizzaw kompetizzjoni biex iżżid l-għarfien u l-kuxjenza dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u biex tippreżenta ideat innovattivi sostenibbli għas-salvagwardja tas-sostenibbiltà soċjoekonomika u ambjentali tal-Gżejjer Maltin. Din il-Kompetizzjoni se tagħti opportunità liż-żgħażagħ, bejn it-18 u l-40 sena, li verament għandhom għal qalbhom is-sostenibbiltà u li jridu jispiraw bidla, biex jissuġġerixxu ideat ta’ proġetti biex il-MEEE jimplimenta, sabiex jinkoraġġixxu alternattivi sostenibbli għat-tkabbir għall-Gżejjer Maltin. L-aqwa tliet ideat li se jintgħażlu se jirċievu premju fi flus li se jiġi ppreżentat f’avveniment ta’ premjijiet. |
