Skip to content Skip to footer

L-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli

L-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, Kap. 521 ġie adottat fl-2012 u emendat bl-Att Nru I tal-2019. L-għan ta’ dan l-Att hu:

  • Li jintegra l-iżvilupp sostenibbli fil-ħidma tal-Gvern;
  • Li jqajjem kuxjenza dwar kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp sostenibbli u li jippromwovi l-adozzjoni ta’ prattiki sostenibbli fis-soċjetà kollha;
  • Li jrawwem aktar parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili kif ukoll tal-atturi soċjali kollha fl-integrazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli.

L-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli jipprevedi sistema ta’ koordinazzjoni fl-amministrazzjoni pubblika kollha. Huwa jaħtar is-Segretarji Permanenti fi ħdan kull Ministeru bħala Koordinaturi responsabbli għall-Iżvilupp Sostenibbli u jipprevedi wkoll Persuna ta’ Referenza fl-Iżvilupp Sostenibbli f’kull dipartiment, aġenzija jew entità tal-Gvern.

L-Att iwaqqaf korpi oħra wkoll, bħall-Gwardjan ta’ Ġenerazzjonijiet Futuri u r-Retikolat għall-Iżvilupp Sostenibbli, li għandhom l-għan li jrawmu l-iskambju ta’ fehmiet u d-djalogu nazzjonali kif ukoll li jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli f’Malta.

Il-Koordinaturi responsabbli għall-Iżvilupp Sostenibbli

Il-Persuni ta’ Referenza fl-Iżvilupp Sostenibbli

Il-Gwardjan ta’ Ġenerazzjonijiet Futuri

Ir-Retikolat għall-Iżvilupp Sostenibbli