L-Istrateġija ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli 2050

Il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża nieda l-Istrateġija ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli 2050 għal konsultazzjoni pubblika.
L-Istrateġija hija dokument ambizzjuż li jsarraf il-Viżjoni ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli 2050 f’politika strateġika li tħares l-ambjent u l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-Gżejjer Maltin.
Dan id-dokument strateġiku jsegwi d-direzzjoni stabbilita mill-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Ġnus Magħquda filwaqt li jintegra azzjonijiet fil-ħidma kollha tal-Gvern u jiżgura li l-għanijiet u l-miri stabbiliti jintlaħqu bl-aktar mod effettiv.
Dan id-Dokument Strateġiku jistabbilixxi ħames Għanijiet Strateġiċi għall-2050:

L-implimentazzjoni ta’ dawn l-Għanijiet Strateġiċi ser ikunu mkejla permezz ta’ sett ta’ miri li ser jiġu tradotti f’azzjonijiet konkreti fil-fażi li jmiss tal-Istrateġija, li ser tkun il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli 2030.

Il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża qed jistieden lill-pubbliku biex jibgħat suġġerimenti u jissottometti kummenti bil-miktub dwar l-Istrateġija ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli 2050.
Id-dokument ta’ konsultazzjoni jista’ jitniżżel minn hawn.
Is-suġġerimenti u l-kummenti għandhom jintbagħtu sal-Ħamis, 9 ta’ Frar 2023 fuq id-dettalji ta’ hawn taħt.
E-mail: sustainabledevelopment@gov.mt u / jew
Posta:
Ministry for the Environment, Energy and Enterprise
Sustainable Development Directorate
6, Qormi Road,
Santa Venera,
Malta