Skip to content Skip to footer

Skema għall-Kunsilli Lokali għal-Lokalitajiet Sostenibbli

Skema għall-Kunsilli Lokali għal-Lokalitajiet Sostenibbli

Permezz tal-Iskema għal-Lokalitajiet Sostenibbli, il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir ser ikun qiegħed jagħti fondi lill-kunsilli lokali sabiex jimplimentaw proġetti infrastrutturali mmirati lejn it-tkabbir ekonomiku, il-protezzjoni ambjentali u l-benessri soċjali, bil-għan li nirrikonoxxu u ninċentivaw aktar inizjattivi sostenibbli.

Din is-sejħa għal proposti hija mmirata biex tgħin lill-kunsilli lokali sabiex iwettqu proġetti infrastrutturali li jikkontribwixxu għall-Viżjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli għal Malta għall-2050 kif ukoll għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) li ġew adottati mill-Istati Membri kollha tal-Ġnus Magħquda fl-2015, bħala parti mill-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.

Applikazzjoni

Linji Gwida tal-Iskema