Għan 1: Ebda Faqar
X’inhi l-importanza ta’ dan l-għan?
Il-faqar ikun jidher f’diversi aspetti tal-ekonomija u tas-soċjetà tagħna. Huwa wieħed mill-problemi ewlenin li jirriżulta mill-qgħad, mill-esklużjoni soċjali u mill-vulnerabbiltà, kif ukoll li jikkawżahom; dawn kollha jipprevienu lil individwi milli jkunu attivi u produttivi. L-inugwaljanzi għandhom impatt fuq it-tkabbir ekonomiku, idgħajfu l-koeżjoni soċjali, iżidu t-tensjonijiet soċjali u politiċi, u jikkawżaw l-instabbiltà.
X’inhuma l-miri ta’ dan l-għan?
Malti – ERADICATE EXTREME POVERTY
Sal-2030, qerda tal-faqar estrem għal kulħadd kullimkien, li bħalissa jitkejjel bħala persuni li jgħixu fuq inqas minn $1.25 kuljum
Malti – REDUCE POVERTY BY AT LEAST 50%
Sal-2030, tnaqqis mill-inqas bin-nofs tal-proporzjon ta’ rġiel, nisa u tfal ta’ kull età li qed jgħixu fil-faqar fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, skont id-definizzjonijiet nazzjonali
Malti – IMPLEMENT SOCIAL PROTECTION SYSTEMS
Implimentazzjoni ta’ sistemi u miżuri ta’ protezzjoni soċjali għal kulħadd li jkunu xierqa fil-livell nazzjonali, inklużi l-livelli minimi, u sal-2030 ksib ta’ kopertura sostanzjali ta’ nies foqra u vulnerabbli
Malti – EQUAL RIGHTS TO OWNERSHIP, BASIC SERVICES, TECHNOLOGY AND ECONOMIC RESOURCES
Sal-2030, aċċertar li l-irġiel u n-nisa kollha, b’mod partikolari dawk foqra u vulnerabbli, ikollhom ugwaljanza tad-drittijiet għar-riżorsi ekonomiċi, kif ukoll aċċess għal servizzi bażiċi, sjieda u kontroll fuq l-art u forom oħra ta’ proprjetà, wirt, riżorsi naturali, teknoloġija ġdida u servizzi finanzjarji xierqa, inkluż il-mikrofinanzjament
Malti – BUILD RESILIENCE TO ENVIRONMENTAL, ECONOMIC AND SOCIAL DISASTERS
Sal-2030, tisħiħ tar-reżiljenza ta’ nies foqra u ta’ dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, u tnaqqis tal-esponiment u l-vulnerabbiltà tagħhom għal avvenimenti estremi relatati mal-klima u għal skossi u diżastri ekonomiċi, soċjali u ambjentali oħra
Malti – MOBILIZE RESOURCES TO IMPLEMENT POLICIES TO END POVERTY
Aċċertar ta’ mobilizzazzjoni sinifikanti ta’ riżorsi minn diversi sorsi, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp imsaħħa, sabiex jiġu pprovduti mezzi adegwati u prevedibbli għal pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari l-pajjiżi l-inqas żviluppati, biex jimplimentaw programmi u politiki għat-tixjin tal-faqar fid-dimensjonijiet kollha tiegħu
Malti – MALTI – ERADICATE EXTREME POVERTY
Ħolqien ta’ oqfsa ta’ politika sodi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, abbażi ta’ strateġiji ta’ żvilupp favur il-foqra u sensittivi għall-ġeneru, biex jiġi appoġġjat investiment aċċelerat f’azzjonijiet ta’ qerda tal-faqar