Għan 10: Inugwaljanzi Mnaqqsa
X’inhi l-importanza ta’ dan l-għan?
L-esklużjoni soċjali ddgħajjef l-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta’ soċjetà. It-tnaqqis tal-inugwaljanzi jista’ jinkiseb bil-promozzjoni ta’ ambjent li fih jitħeġġu opportunitajiet indaqs, u b’hekk l-individwi jkunu jistgħu jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.
X’inhuma l-miri ta’ dan l-għan?
10 REDUCE INCOME INEQUALITIES
Sal-2030, ksib progressiv u sostenn ta’ żieda fid-dħul tal-ifqar 40 % tal-popolazzjoni, b’rata ogħla mill-medja nazzjonali
10 PROMOTE UNIVERSAL SOCIAL, ECONOMIC AND POLITICAL INCLUSION
Sal-2030, tisħiħ tal-pożizzjoni u promozzjoni ta’ inklużjoni soċjali, ekonomika u politika għal kulħadd, irrispettivament mill-età, is-sess, id-diżabilità, ir-razza, l-etniċità, l-oriġini, ir-reliġjon jew l-istatus ekonomiku jew xi status ieħor
10 ENSURE EQUAL OPPORTUNITIES AND END DISCRIMINATION
Aċċertar ta’ opportunità indaqs u tnaqqis fl-inugwaljanzi fl-eżitu, inkluż billi jiġu eliminati liġijiet, politiki u prattiki diskriminatorji u jiġu promossi leġiżlazzjoni, politiki u azzjoni xierqa f’dan ir-rigward
10 ADOPT FISCAL AND SOCIAL POLICIES THAT PROMOTE EQUALITY
Adozzjoni ta’ politiki, speċjalment dawk fiskali, dwar il-pagi u ta’ protezzjoni soċjali, u ksib progressiv ta’ aktar ugwaljanza
10 IMPROVED REGULATION OF GLOBAL FINANCIAL MARKETS AND INSTITUTIONS
Titjib tar-regolazzjoni u l-monitoraġġ tas-swieq u l-istituzzjonijiet finanzjarji globali, u tisħiħ tal-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti.
10 ENHANCED REPRESENTATION FOR DEVELOPING COUNTRIES IN FINANCIAL INSTITUTIONS
Aċċertar ta’ aktar rappreżentanza u leħen aktar qawwi għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw fit-teħid ta’ deċiżjonijiet f’istituzzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali, sabiex jissawru istituzzjonijiet aktar effettivi, kredibbli, responsabbli u leġittimi.
10 RESPONSIBLE AND WELL-MANAGED MIGRATION POLICIES
Faċilitazzjoni ta’ migrazzjoni u mobilità tan-nies li jkunu ordinati, sikuri, regolari u responsabbli, inkluż permezz tal-implimentazzjoni ta’ politiki dwar il-migrazzjoni ppjanati u ġestiti sew.
10 SPECIAL AND DIFFERENTIAL TREATMENT FOR DEVELOPING COUNTRIES
Implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament speċjali u differenzjali għal pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari l-pajjiżi l-inqas żviluppati, f’konformità mal-ftehimiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.
10 ENCOURAGE DEVELOPMENT ASSISTANCE AND INVESTMENT IN LEAST DEVELOPED
Tħeġġiġ ta’ flussi uffiċjali ta’ għajnuna għall-iżvilupp u finanzjarji, inkluż investiment dirett barrani, lejn Stati li huma l-aktar fil-bżonn, b’mod partikolari l-pajjiżi l-inqas żviluppati, pajjiżi Afrikani, Stati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw u pajjiżi mingħajr kosta li qed jiżviluppaw, f’konformità mal-pjanijiet u l-programmi nazzjonali tagħhom
10 REDUCE TRANSACTION COSTS FOR MIGRANT REMITTANCES
Sal-2030, tnaqqis tal-kosti tat-tranżazzjonijiet tar-rimessi tal-migranti sa taħt 3 %, u eliminazzjoni ta’ kurituri tar-rimessi b’kosti ogħla minn 5 %