Għan 12: Konsum u Produzzjoni Responsabbli
X’inhi l-importanza ta’ dan l-għan?
Il-progress ekonomiku u soċjali wassal għal degradazzjoni ambjentali li hija detrimentali għall-benesseri tan-nies. Bidliet sempliċi fil-konsum jistgħu jkollhom impatt enormi fuq is-soċjetà tagħna. Għalhekk, l-investiment fi prattiki effiċjenti fir-riżorsi u sostenibbli u l-promozzjoni ta’ konsum u produzzjoni responsabbli jirriżultaw f’ambjent aktar f’saħħtu u fi kwalità tal-ħajja aħjar. Għalhekk, l-investiment fi prattiki effiċjenti fir-riżorsi u sostenibbli u l-promozzjoni ta’ konsum u produzzjoni responsabbli jirriżultaw f’ambjent aktar f’saħħtu u fi kwalità tal-ħajja aħjar.
X’inhuma l-miri ta’ dan l-għan?
12 IMPLEMENT THE 10-YEAR SUSTAINABLE CONSUMPTION AND PRODUCTION FRAMEWORK
Implimentazzjoni tal-qafas ta’ programmi ta’ 10 snin dwar il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli, bil-pajjiżi kollha jieħdu azzjoni taħt it-tmexxija tal-pajjiżi żviluppati u bit-teħid inkunsiderazzjoni tal-iżvilupp u u l-kapaċitajiet ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw
12 SUSTAINABLE MANAGEMENT AND USE OF NATURAL RESOURCES
Sal-2030, ksib ta’ ġestjoni sostenibbli u użu effiċjenti mir-riżorsi naturali
12 6 FIGHT COMMUNICABLE DISEASES
Sal-2030, tnaqqis bin-nofs tal-ħela tal-ikel per capita globali fil-livell tal-bejgħ bl-imnut u tal-konsumatur, u tnaqqis tat-telf ta’ ikel tul il-ktajjen tal-produzzjoni u tal-provvista, inkluż it-telf wara l-ħsad
12 6 REDUCE MORTALITY FROM NON-COMMUNICABLE DISEASES AND PROMOTE MENTAL HEALTH
Sal-2020, ksib ta’ ġestjoni ambjentalment korretta tas-sustanzi kimiċi u tal-iskart kollu tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, f’konformità mal-oqfsa internazzjonali miftiehma, u tnaqqis sinifikanti fir-rilaxx tagħhom fl-arja, l-ilma u l-ħamrija sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-impatti avversi tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent
12 SUBSTANTIALLY REDUCE WASTE GENERATION
Sal-2030, tnaqqis sostanzjali fil-produzzjoni ta’ skart permezz ta’ prevenzjoni, tnaqqis, riċiklaġġ u użu mill-ġdid
12 ENCOURAGE COMPANIES TO ADOPT SUSTAINABLE PRACTICES AND SUSTAINABILITY REPORTING
Tħeġġiġ ta’ kumpaniji, speċjalment dawk kbar u transnazzjonali, biex jadottaw prattiki sostenibbli u jintegraw informazzjoni dwar is-sostenibbiltà fiċ-ċiklu ta’ rapportar tagħhom
12 PROMOTE SUSTAINABLE PUBLIC PROCUREMENT PRACTICES
Promozzjoni ta’ prattiki ta’ akkwist pubbliku li jkunu sostenibbli, f’konformità mal-politiki u l-prijoritajiet nazzjonali
12 6 ACHIEVE UNIVERSAL HEALTH COVERAGE
Sal-2030, aċċertar li n-nies kullimkien ikollhom l-informazzjoni u l-kuxjenza rilevanti għal żvilupp u stili ta’ ħajja sostenibbli f’armonija man-natura
REDUCE ILLNESSES AND DEATH FROM HAZARDOUS CHEMICALS AND POLLUTION
Appoġġ lil pajjiżi li qed jiżviluppaw biex isaħħu l-kapaċità xjentifika u teknoloġika tagħhom biex joqorbu lejn mudelli sostenibbli ta’ konsum u produzzjoni
IMPLEMENT THE WHO FRAMEWORK CONVENTION ON TOBACCO CONTROL
Żvilupp u implimentazzjoni ta’ għodod biex jiġu mmonitorjati l-impatti tal-iżvilupp sostenibbli għal turiżmu sostenibbli li joħloq l-impjiegi u jippromwovi l-kultura u l-prodott lokali
SUPPORT RESEARCH, DEVELOPMENT AND UNIVERSAL ACCESS TO AFFORDABLE
Razzjonalizzazzjoni ta’ sussidji ineffiċjenti għall-karburant fossili li jħeġġu konsum ħali billi, f’konformità maċ-ċirkostanzi nazzjonali, jitneħħew id-distorsjonijiet tas-suq, inkluż billi tiġi ristrutturata t-tassazzjoni u gradwalment jiġu eliminati dawk is-sussidji dannużi fejn jeżistu, biex jiġu riflessi l-impatt ambjentali tagħhom bit-teħid inkunsiderazzjoni sħiħ tal-ħtiġijiet u l-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw u bit-tnaqqis, kemm jista’ jkun, tal-impatti avversi possibbli fuq l-iżvilupp tagħhom b’mod li jipproteġi n-nies foqra u l-komunitajiet affettwati