Skip to content Skip to footer

Għan 13: Azzjoni Klimatika

X’inhi l-importanza ta’ dan l-għan?

L-effetti tat-tibdil fil-klima jistgħu jkollhom impatt gravi u effetti negattivi fuq is-soċjetà tagħna. Dawn jistgħu jirriżultaw fit-tħarbit ta’ ekonomiji nazzjonali, f’bidliet fix-xejriet meteoroloġiċi u fit-temperaturi globali, kif ukoll jikkontribwixxu għal żieda fir-riskju u fil-frekwenza ta’ diżastri naturali. Għalhekk, huwa importanti li jiġu introdotti miżuri u prattiki ekoloġikament sodi sabiex jiġu llimitati l-kawżi tat-tibdil fil-klima u biex in-nies ikunu jistgħu jħejju u jirreaġixxu aħjar għal theddid fil-ġejjieni.

X’inhuma l-miri ta’ dan l-għan?

STRENGTHEN RESILIENCE AND ADAPTIVE CAPACITY TO CLIMATE RELATED DISASTERS

Tisħiħ tar-reżiljenza u tal-kapaċità ta’ adattament għal perikli relatati mal-klima u diżastri naturali fil-pajjiżi kollha

INTEGRATE CLIMATE CHANGE MEASURES INTO POLICIES AND PLANNING

Integrazzjoni ta’ miżuri ta’ reazzjoni għat-tibdil fil-klima fil-politiki, l-istrateġiji u l-ippjanar nazzjonali

BUILD KNOWLEDGE AND CAPACITY TO MEET CLIMATE CHANGE

Titjib tal-edukazzjoni, tat-tqajjim ta’ kuxjenza u tal-kapaċità umana u istituzzjonali rigward il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament għalih, it-tnaqqis tal-impatt tiegħu u t-twissija bikrija

REDUCE MORTALITY FROM NON-COMMUNICABLE DISEASES AND PROMOTE MENTAL HEALTH

Implimentazzjoni tal-impenn meħud mill-pajjiżi żviluppati parteċipanti fil-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima biex flimkien, sal-2020, jimmobilizzaw $ 100 biljun kull sena mis-sorsi kollha biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-kuntest ta’ azzjonijiet ta’ mitigazzjoni sinifikattivi u trasparenza fl-implimentazzjoni, kif ukoll biex iħaddmu l-Fond Ekoloġiku għall-Klima bis-sħiħ permezz tal-kapitalizzazzjoni tiegħu mill-aktar fis possibbli

PREVENT AND TREAT SUBSTANCE ABUSE

Promozzjoni ta’ mekkaniżmi għaż-żieda fil-kapaċità ta’ ppjanar u ġestjoni effettivi relatati mat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi l-inqas żviluppati u fi Stati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw, inkluż b’fokus fuq in-nisa, iż-żgħażagħ u l-komunitajiet lokali u emarġinati

Dettalji ta’ Kuntatt

Sustainable Development Directorate
No 3, MF Business Center (Level 2),
Triq Galanton Vassallo,
Santa Venera, Malta 

Midja Soċjali

© Copyright 2022 – Sustainable Development. All Rights Reserved.