Skip to content Skip to footer

Għan 14: Ħajja taħt l-Ilma

X’inhi l-importanza ta’ dan l-għan?

Is-sistema tal-klima globali hija rregolata u appoġġjata mill-oċeani u l-ibħra tagħna, li jospitaw bosta speċijiet u l-ħabitats tagħhom. L-isfruttament wassal għal livell għoli ta’ degradazzjoni; għalhekk, irkupru sostenibbli jikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-konservazzjoni tal-ħajja marina dinjija.

X’inhuma l-miri ta’ dan l-għan?

REDUCE MARINE POLLUTION

Sal-2025, prevenzjoni u tnaqqis sinifikanti f’kull tip ta’ tniġġis tal-baħar, b’mod partikolari minn attivitajiet terrestri, inklużi l-iskart fil-baħar u tniġġis minn nutrijenti

PROTECT AND RESTORE ECOSYSTEMS

Sal-2020, ġestjoni sostenibbli u ħarsien tal-ekosistemi tal-baħar u dawk kostali biex jiġu evitati impatti avversi sinifikanti, inkluż billi tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom u tittieħed azzjoni għar-restawr tagħhom sabiex ikollna oċeani f’saħħithom u produttivi

REDUCE OCEAN ACIDIFICATION

Tnaqqis kemm jista’ jkun tal-impatti tal-aċidifikazzjoni tal-oċeani u indirizzar tal-impatti tagħha, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni xjentifika msaħħa fil-livelli kollha

SUSTAINABLE FISHING

Sal-2020, regolazzjoni effettiva tal-qbid u tixjin tas-sajd eċċessiv, is-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat u l-prattiki tas-sajd qerrieda, kif ukoll implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni bbażati fuq ix-xjenza sabiex, mill-aktar fis possibbli, il-ħażniet tal-ħut jerġgħu jilħqu mill-inqas il-livelli li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli kif iddeterminat mill-karatteristiċi bijoloġiċi tiegħu

CONSERVE COASTAL AND MARINE AREAS

Sal-2020, konservazzjoni ta’ mill-inqas 10 % miż-żoni kostali u tal-baħar, b’konsistenza mad-dritt nazzjonali u internazzjonali u abbażi tal-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli

REDUCE ROAD INJURIES AND DEATHS

Sal-2020, projbizzjoni ta’ ċerti forom ta’ sussidji għas-sajd li jikkontribwixxu għall-kapaċità żejda u s-sajd eċċessiv, eliminazzjoni ta’ sussidji li jikkontribwixxu għal sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat, u evitar li jiġu introdotti sussidji ġodda bħal dawn, b’rikonoxximent li trattament speċjali u differenzjali xieraq u effettiv għal pajjiżi li qed jiżviluppaw u għall-pajjiżi l-inqas żviluppati għandu jkun parti integrali min-negozjati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar is-sussidji għas-sajd

INCREASE THE ECONOMIC BENEFITS FROM SUSTAINABLE USE OF MARINE RESOURCES

Sal-2030, żieda fil-benefiċċji ekonomiċi mill-użu sostenibbli mir-riżorsi tal-baħar għal Stati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw u għall-pajjiżi l-inqas żviluppati, inkluż permezz tal-ġestjoni sostenibbli tas-sajd, l-akkwakultura u t-turiżmu

INCREASE SCIENTIFIC KNOWLEDGE, RESEARCH

Żieda fl-għarfien xjentifiku, żvilupp tal-kapaċità ta’ riċerka u trasferiment tat-teknoloġija marina, bit-teħid inkunsiderazzjoni tal-Kriterji u l-Linji Gwida tal-Kummissjoni Oċeanografika Intergovernattiva dwar it-Trasferiment tat-Teknoloġija Marina, sabiex titjieb is-saħħa tal-oċeani u jissaħħaħ il-kontribut tal-bijodiversità tal-baħar għall-iżvilupp ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari Stati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw u l-pajjiżi l-inqas żviluppati

SUPPORT SMALL SCALE FISHERS

Aċċess għal sajjieda artiġjanali fuq skala żgħira għar-riżorsi tal-baħar u s-swieq

IMPLEMENT AND ENFORCE INTERNATIONAL SEA LAW

Tisħiħ tal-konservazzjoni u l-użu sostenibbli mill-oċeani u mir-riżorsi tagħhom bl-implimentazzjoni tad-dritt internazzjonali kif inhi riflessa fl-UNCLOS, li tipprovdi l-qafas legali għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli mill-oċeani u mir-riżorsi tagħhom, kif inhu mfakkar fil-paragrafu 158 ta’ The Future We Want (Il-Ġejjieni Li Rridu)