Skip to content Skip to footer

Għan 15: Ħajja fuq l-Art

X’inhi l-importanza ta’ dan l-għan?

L-ekosistemi terrestri jospitaw annimali, pjanti u insetti u jikkontribwixxu għall-arja li nieħdu nifs minnha, għall-ilma li nixorbu u għall-ikel li nieklu. It-tnaqqis tal-bijodiversità żied id-domanda għall-ħarsien tal-annimali u għal biedja sostenibbli. L-estinzjoni tal-ispeċijiet hija effett uman li ma jistax jitreġġa’ lura, li jħarbat l-ekwilibriju tan-natura u jhedded l-ekosistema billi jdgħajjifha. Għalhekk, il-ġestjoni sostenibbli tal-art tgħin biex tiġi ssalvagwardjata l-bijodiversità u biex titreġġa’ lura d-degradazzjoni tal-art.

X’inhuma l-miri ta’ dan l-għan?

CONSERVE AND RESTORE TERRESTRIAL AND FRESHWATER ECOSYSTEMS

Sal-2020, aċċertar tal-konservazzjoni, ir-restawr u l-użu sostenibbli mill-ekosistemi terrestri u dawk tal-ilma ħelu interni, kif ukoll mis-servizzi tagħhom, b’mod partikolari l-foresti, l-artijiet mistagħdra, il-muntanji u l-artijiet niexfa, f’konformità mal-obbligi skont ftehimiet internazzjonali

END DEFORESTATION AND RESTORE DEGRADED FORESTS

Sal-2020, promozzjoni tal-implimentazzjoni ta’ ġestjoni sostenibbli tat-tipi kollha ta’ foresti, waqfien tad-deforestazzjoni, restawr tal-foresti u żieda sostanzjali fit-tisġir u r-riforestazzjoni fil-livell globali

END DESERTIFICATION AND RESTORE DEGRADED LAND

Sal-2030, ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, restawr tal-art u l-ħamrija degradata, inkluża art affettwata minn deżertifikazzjoni, nixfa u għargħar, u sforz lejn dinja newtrali fir-rigward tad-degradazzjoni tal-art

ENSURE CONSERVATION OF MOUNTAIN ECOSYSTEMS

Sal-2030, aċċertar tal-konservazzjoni ta’ ekosistemi tal-muntanji, inkluża l-bijodiversità tagħhom, sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom biex jipprovdu benefiċċji li huma essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli

PROTECT BIODIVERSITY AND NATURAL HABITATS

Teħid ta’ azzjoni urġenti u sinifikanti biex titnaqqas id-degradazzjoni tal-ħabitats naturali, jieqaf it-telf tal-bijodiversità u, sal-2020, jitħarsu l-ispeċijiet mhedda u tiġi evitata l-estinzjoni tagħhom

PROMOTE ACCESS TO GENETIC RESOURCES

Promozzjoni tal-qsim ġust u ekwu tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu mir-riżorsi ġenetiċi u promozzjoni ta’ aċċess xieraq għal dawn ir-riżorsi, kif miftiehem fil-livell internazzjonali

ELIMINATE POACHING AND TRAFFICKING OF PROTECTED SPECIES

Teħid ta’ azzjoni urġenti biex jixxejnu l-kaċċa illegali u t-traffikar ta’ speċijiet protetti ta’ flora u fawna, u indirizzar kemm tad-domanda kif ukoll tal-provvista ta’ prodotti illegali mill-ħajja selvaġġa

PREVENT INVASIVE ALIEN SPECIES ON LAND AND IN WATER ECOSYSTEMS

Sal-2020, introduzzjoni ta’ miżuri biex tiġi evitata l-introduzzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi u biex jitnaqqas b’mod sinifikanti l-impatt tagħhom fuq l-ekosistemi terrestri u tal-ilma, kif ukoll kontroll jew qerda tal-ispeċijiet prijoritarji

INTEGRATE ECOSYSTEM AND BIODIVERSITY IN GOVERNMENTAL PLANNING

Sal-2020, integrazzjoni tal-valuri tal-ekosistemi u tal-bijodiversità fl-ippjanar, fil-proċessi ta’ żvilupp, fl-istrateġiji għat-tnaqqis tal-faqar u fil-kontijiet nazzjonali u lokali

INCREASE FINANCIAL RESOURCES TO CONSERVE AND SUSTAINABLY USE ECOSYSTEM AND

Mobilizzazzjoni u żieda sinifikanti fir-riżorsi finanzjarji mis-sorsi kollha għall-konservazzjoni tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, u għall-użu sostenibbli minnhom

FINANCE AND INCENTIVIZE SUSTAINABLE FOREST MANAGEMENT

Mobilizzazzjoni ta’ riżorsi sinifikanti mis-sorsi kollha u fil-livelli kollha biex tiġi ffinanzjata ġestjoni sostenibbli tal-foresti u biex jingħataw inċentivi adegwati lil pajjiżi li qed jiżviluppaw biex javvanzaw din il-ġestjoni, inkluż għall-konservazzjoni u r-riforestazzjoni

COMBAT GLOBAL POACHING AND TRAFFICKING

Tisħiħ tal-appoġġ globali għal sforzi biex jiġu miġġielda l-kaċċa illegali u t-traffikar ta’ speċijiet protetti, inkluż billi tiżdied il-kapaċità tal-komunitajiet lokali biex jippruvaw jisfruttaw opportunitajiet ta’ għajxien sostenibbli

Dettalji ta’ Kuntatt

Sustainable Development Directorate
No 3, MF Business Center (Level 2),
Triq Galanton Vassallo,
Santa Venera, Malta 

Midja Soċjali

© Copyright 2022 – Sustainable Development. All Rights Reserved.