Skip to content Skip to footer

Għan 16: Paċi, Ġustizzja u Istituzzjonijiet b’Saħħithom

X’inhi l-importanza ta’ dan l-għan?

Jeħtieġ li n-nies iħossuhom sikuri fis-soċjetà tagħhom irrispettivament mis-sess, mill-oriġini razzjali jew etnika, mill-età, mid-diżabilità, mill-orjentazzjoni sesswali jew mit-twemmin reliġjuż, kif ukoll minn liema sfond ikunu ġejjin minnu. Istituzzjonijiet dgħajfa u aċċess limitat għall-ġustizzja jheddu s-sostenibbiltà, billi l-kriminalità, il-korruzzjoni u d-diskriminazzjoni jirriżultaw fit-tħarbit ta’ soċjetajiet paċifiċi u fil-ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Għalhekk, l-iżgurar ta’ aċċess għall-ġustizzja u l-bini ta’ istituzzjonijiet effettivi u responsabbli jikkontribwixxu għat-tkabbir u l-iżvilupp soċjoekonomiku.

X’inhuma l-miri ta’ dan l-għan?

REDUCE MATERNAL MORTALITY

Tnaqqis sinifikanti tal-forom kollha ta’ vjolenza u tal-mortalità relatata kullimkien

FIGHT COMMUNICABLE DISEASES

Tixjin tal-abbuż, tal-isfruttament, tat-traffikar u tal-forom kollha ta’ vjolenza kontra t-tfal, kif ukoll tat-tortura tagħhom

REDUCE MORTALITY FROM NON-COMMUNICABLE DISEASES AND PROMOTE MENTAL HEALTH

Promozzjoni tal-istat tad-dritt fil-livell nazzjonali u f’dak internazzjonali u aċċertar ta’ aċċess ugwali għall-ġustizzja għal kulħadd

PREVENT AND TREAT SUBSTANCE ABUSE

Sal-2030, tnaqqis sinifikanti fil-flussi finanzjarji u tal-armi illeċiti, tisħiħ tal-irkupru u r-ritorn tal-assi misruqa, u ġlieda kontra l-forom kollha ta’ kriminalità organizzata

REDUCE ROAD INJURIES AND DEATHS

Tnaqqis sostanzjali fil-korruzzjoni u fit-tixħim fil-forom kollha tagħhom

UNIVERSAL ACCESS TO SEXUAL AND REPRODUCTIVE CARE, FAMILY PLANNING

Żvilupp ta’ istituzzjonijiet effettivi, responsabbli u trasparenti fil-livelli kollha

ACHIEVE UNIVERSAL HEALTH COVERAGE

Aċċertar ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet reattiv, inklużiv, parteċipattiv u rappreżentattiv fil-livelli kollha

REDUCE ILLNESSES AND DEATH FROM HAZARDOUS CHEMICALS AND POLLUTION

Twessigħ u tisħiħ tal-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-istituzzjonijiet ta’ governanza globali

IMPLEMENT THE WHO FRAMEWORK CONVENTION ON TOBACCO CONTROL

Sal-2030, għoti ta’ identità legali lil kulħadd, inkluża reġistrazzjoni tal-att ta’ twelid

END ALL PREVENTABLE DEATHS UNDER 5 YEARS OF AGE

Aċċertar ta’ aċċess pubbliku għall-informazzjoni u ħarsien tal-libertajiet fundamentali, f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u mal-ftehimiet internazzjonali

INCREASE HEALTH FINANCING AND SUPPORT HEALTH WORKFORCE IN DEVELOPING COUNTRIES

Tisħiħ tal-istituzzjonijiet nazzjonali rilevanti, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni internazzjonali, biex jissaħħu l-kapaċitajiet fil-livelli kollha biex tiġi evitata l-vjolenza u jiġu miġġielda t-terroriżmu u l-kriminalità, b’mod partikolari f’pajjiżi li qed jiżviluppaw

IMPLEMENT THE WHO FRAMEWORK CONVENTION ON TOBACCO CONTROL

Promozzjoni u infurzar ta’ liġijiet u politiki mhux diskriminatorji għall-iżvilupp sostenibbli