Skip to content Skip to footer

Għan 17: Sħubijiet għall-Għanijiet

X’inhi l-importanza ta’ dan l-għan?

L-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli huma l-qafas biex tinbena dinja aħjar fejn kulħadd jikkollabora biex jinkiseb ġejjieni aħjar. Dan huwa kruċjali sabiex jiġi żgurat progress effettiv fl-ilħuq ta’ dawn l-għanijiet.

X’inhuma l-miri ta’ dan l-għan?

MOBILIZE RESOURCES TO IMPROVE DOMESTIC REVENUE COLLECTION

Tisħiħ tal-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi, inkluż permezz ta’ appoġġ internazzjonali lil pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex tissaħħaħ il-kapaċità domestika għall-ġbir tat-taxxi u ta’ dħul ieħor

IMPLEMENT ALL DEVELOPMENT ASSISTANCE COMMITMENTS

Implimentazzjoni bis-sħiħ tal-impenji uffiċjali tal-għajnuna għall-iżvilupp mill-pajjiżi żviluppati, inkluż l-impenn li sar minn ħafna pajjiżi żviluppati li jilħqu l-mira ta’ ODA/ING ta’ 0.7 % lil pajjiżi li qed jiżviluppaw u ODA/ING ta’ bejn 0.15 % u 0.20 % lill-pajjiżi l-inqas żviluppati. Il-fornituri ta’ ODA huma mħeġġa jqisu li jissettjaw mira biex jipprovdu ODA/ING ta’ mill-inqas 0.20 % lill-pajjiżi l-inqas żviluppati

MOBILIZE FINANCIAL RESOURCES FOR DEVELOPING COUNTRIES

Mobilizzazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji addizzjonali minn diversi sorsi għal pajjiżi li qed jiżviluppaw

ASSIST DEVELOPING COUNTRIES IN ATTAINING DEBT SUSTAINABILITY

Għajnuna lil pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiksbu sostenibbiltà tad-dejn fit-tul permezz ta’ politiki kkoordinati bl-għan li jrawmu finanzjament b’dejn, serħan mid-dejn u ristrutturar tad-dejn, kif xieraq, kif ukoll li jindirizzaw id-dejn estern ta’ pajjiżi fqar b’ħafna dejn biex jittaffa d-dejn moruż

INVEST IN LEAST DEVELOPED COUNTRIES

Adozzjoni u implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ promozzjoni tal-investiment għall-pajjiżi l-inqas żviluppati

KNOWLEDGE SHARING AND COOPERATION FOR ACCESS TO SCIENCE, TECHNOLOGY

Tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar, in-Nofsinhar u n-Nofsinhar u dik triangolari rigward ix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni u l-aċċess għalihom, kif ukoll tisħiħ tal-kondiviżjoni tal-għarfien fuq termini miftiehma b’mod reċiproku, inkluż permezz ta’ koordinazzjoni mtejba fost il-mekkaniżmi eżistenti, b’mod partikolari fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti, u permezz ta’ mekkaniżmu globali ta’ faċilitazzjoni tat-teknoloġija

PROMOTE SUSTAINABLE TECHNOLOGIES TO DEVELOPING COUNTRIES

Promozzjoni tal-iżvilupp, it-trasferiment u t-tixrid ta’ teknoloġiji ekoloġiċi lil pajjiżi li qed jiżviluppaw b’termini favorevoli, inkluż b’termini konċessjonarji jew preferenzjali, kif miftiehem b’mod reċiproku

STRENGTHEN THE SCIENCE, TECHNOLOGY AND INNOVATION CAPACITY FOR LEAST DEVELOPED COUNTRIES

Sal-2017, tħaddim sħiħ tal-bank u x-xjenza tat-teknoloġija, kif ukoll tal-mekkaniżmu ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u innovattivi għall-pajjiżi l-inqas żviluppati, u tisħiħ tal-użu minn teknoloġija ta’ abilitazzjoni, b’mod partikolari t-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni

ENHANCE SDG CAPACITY IN DEVELOPING COUNTRIES

Tisħiħ tal-appoġġ internazzjonali għall-implimentazzjoni effettiv u mmirat tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jiġu appoġġjati l-pjanijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-għanijiet kollha ta’ żvilupp sostenibbli, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar, in-Nofsinhar u n-Nofsinhar u dik triangolari

PROMOTE A UNIVERSAL TRADING SYSTEM UNDER THE WTO

Promozzjoni ta’ sistema kummerċjali multilaterali li tkun universali, ibbażata fuq ir-regoli, miftuħa, mhux diskriminatorja u ekwa taħt l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, inkluż permezz tal-konklużjoni ta’ negozjati taħt l-Aġenda ta’ Doha għall-Iżvilupp tagħha

INCREASE THE EXPORTS OF DEVELOPING COUNTRIES

Żieda sinifikanti fl-esportazzjonijiet ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari bil-ħsieb li, sal-2020, jiġi rdoppjat is-sehem mill-esportazzjonijiet globali tal-pajjiżi l-inqas żviluppati

REMOVE TRADE BARRIERS FOR LEAST DEVELOPED COUNTRIES

Implimentazzjoni f’waqtha ta’ aċċess dejjiemi għas-suq bla dazju u bla kwoti għall-pajjiżi l-inqas żviluppati kollha, b’konsistenza mad-deċiżjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, inklużi billi jiġi żgurat li r-regoli preferenzjali tal-oriġini applikabbli għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-inqas żviluppati jkunu trasparenti u sempliċi, u li jikkontribwixxu għall-faċilitazzjoni tal-aċċess għas-suq

ENHANCE GLOBAL MACROECONOMIC STABILITY

Tisħiħ tal-istabilità makroekonomika globali, inkluż permezz ta’ koordinazzjoni tal-politika u koerenza fil-politika

ENHANCE POLICY COHERENCE FOR SUSTAINABLE DEVELOPMENT

Tisħiħ tal-koerenza fil-politika għall-iżvilupp sostenibbli

RESPECT NATIONAL LEADERSHIP TO IMPLEMENT POLICIES FOR THE

Rispett tal-ispazju ta’ kull pajjiż biex ifassal politika u tat-tmexxija tiegħu biex jistabbilixxi u jimplimenta politiki għall-qerda tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli

ENHANCE THE GLOBAL PARTNERSHIP FOR SUSTAINABLE DEVELOPMENT

Tisħiħ tas-sħubija globali għall-iżvilupp sostenibbli, ikkomplementata minn sħubiji b’diversi partijiet interessati li jimmobilizzaw u jikkondividu l-għarfien, l-għarfien espert, it-teknoloġija u r-riżorsi finanzjarji biex jappoġġjaw l-ilħuq tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli fil-pajjiżi kollha, b’mod partikolari f’pajjiżi li qed jiżviluppaw

ENCOURAGE EFFECTIVE PARTNERSHIPS

Tħeġġiġ u promozzjoni ta’ sħubiji pubbliċi, pubbliċi-privati u tas-soċjetà ċivili, fejn jiġu żviluppati aktar l-esperjenza u l-istrateġiji ta’ forniment ta’ riżorsi tas-sħubiji

ENHANCE AVAILABILITY OF RELIABLE DATA

Sal-2020, tisħiħ tal-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet lil pajjiżi li qed jiżviluppaw, inkluż lill-pajjiżi l-inqas żviluppati u lil Stati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw, biex tiżdied b’mod sinifikanti d-disponibbiltà ta’ data ta’ kwalità tajba, f’waqtha u affidabbli li tkun diżaggregata skont id-dħul, il-ġeneru, l-età, ir-razza, l-etniċità, l-istatus migratorju, id-diżabilità, il-pożizzjonament ġeografiku u karatteristiċi oħra rilevanti fil-kuntesti nazzjonali

FURTHER DEVELOP MEASUREMENTS OF PROGRESS

Sal-2030, aktar żvilupp tal-inizjattivi eżistenti biex jitfassal kejl tal-progress li jkun sar fuq l-iżvilupp sostenibbli li jkun jikkomplementa l-prodott domestiku gross, u appoġġ tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-istatistika f’pajjiżi li qed jiżviluppaw

Dettalji ta’ Kuntatt

Sustainable Development Directorate
No 3, MF Business Center (Level 2),
Triq Galanton Vassallo,
Santa Venera, Malta 

Midja Soċjali

© Copyright 2022 – Sustainable Development. All Rights Reserved.