Skip to content Skip to footer

Għan 2: Ebda Ġuħ

X’inhi l-importanza ta’ dan l-għan?

Dinja mingħajr ġuħ twassal għal ġejjieni aħjar għal kulħadd, billi jkollha impatt pożittiv fuq l-ekonomiji, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-ugwaljanza u l-iżvilupp soċjali tagħna. Biex inxejnu l-ġuħ, jeħtieġ li niżguraw is-sigurtà alimentari, intejbu n-nutrizzjoni u nippromwovu agrikoltura u akkwakultura sostenibbli.

X’inhuma l-miri ta’ dan l-għan?

Malti – UNIVERSAL ACCESS TO SAFE AND NUTRITIOUS FOOD

Sal-2030, tixjin tal-ġuħ u aċċertar ta’ aċċess min-nies kollha, b’mod partikolari nies foqra u dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, inklużi t-trabi, għal ikel sikur, sustanzjuż u suffiċjenti s-sena kollha

Malti – END ALL FORMS OF MALNUTRITION

Sal-2030, tixjin tal-forom kollha ta’ malnutrizzjoni, inkluż li sal-2025 jintlaħqu l-miri miftiehma fil-livell internazzjonali dwar in-nuqqas ta’ żvilupp u l-irquqija żejda fit-tfal ta’ taħt il-5 snin, u indirizzar tal-ħtiġijiet nutrittivi tat-tfajliet adolexxenti, tan-nisa tqal u ta’ dawk li jkunu qed ireddgħu, kif ukoll ta’ persuni akbar fl-età

Malti – DOUBLE THE PRODUCTIVITY AND INCOMES OF SMALL-SCALE FOOD PRODUCERS

Sal-2030, irdoppjar tal-produttività agrikola u tad-dħul ta’ produtturi tal-ikel fuq skala żgħira, b’mod partikolari n-nisa, il-popli indiġeni, il-bdiewa b’azjenda agrikola tal-familja, rgħajja n-nagħaġ u l-ifrat u s-sajjieda, inkluż permezz ta’ aċċess sigur u ugwali għall-art, riżorsi u inputs produttivi oħra, għarfien, servizzi finanzjarji, swieq, u opportunitajiet għaż-żieda tal-valur u għal impjieg mhux fuq l-irziezet

Malti – USTAINABLE FOOD PRODUCTION AND RESILIENT AGRICULTURAL PRACTICES

Sal-2030, aċċertar ta’ sistemi sostenibbli ta’ produzzjoni tal-ikel u implimentazzjoni ta’ prattiki agrikoli reżiljenti li jżidu l-produttività u l-produzzjoni, li jgħinu biex jinżammu l-ekosistemi, li jsaħħu l-kapaċità għall-adattament għat-tibdil fil-klima, it-temp estrem, in-nixfa, l-għargħar u diżastri oħra, u li progressivament itejbu l-kwalità tal-art u tal-ħamrija

Malti – MAINTAIN THE GENETIC DIVERSITY IN FOOD PRODUCTION

Sal-2020, żamma tad-diversità ġenetika taż-żrieragħ, tal-pjanti kkultivati u tal-bhejjem tar-razzett u dawk domestikati, kif ukoll tal-ispeċijiet selvaġġi relatati tagħhom, inkluż permezz ta’ banek taż-żrieragħ u tal-pjanti maniġġati sew u diversifikati fil-livelli nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, u promozzjoni tal-aċċess għal u tal-kondiviżjoni ġusta u ekwa tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu ta’ riżorsi ġenetiċi u l-għarfien tradizzjonali assoċjat, kif miftiehem fil-livell internazzjonali

Malti – INVEST IN RURAL INFRASTRUCTURE, AGRICULTURAL RESEARCH, TECHNOLOGY AND GENE BANKS

Żieda fl-investiment, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni internazzjonali msaħħa, f’infrastruttura rurali, f’servizzi ta’ riċerka u ta’ estensjoni agrikola, fl-iżvilupp ta’ teknoloġija u f’banek ġenetiċi tal-pjanti u tal-bhejjem sabiex tissaħħaħ il-kapaċità produttiva agrikola f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari l-pajjiżi l-inqas żviluppati

Malti – PREVENT AGRICULTURAL TRADE RESTRICTIONS, MARKET DISTORTIONS AND EXPORT SUBSIDIES

Korrezzjoni u prevenzjoni ta’ restrizzjonijiet u distorsjonijiet tal-kummerċ fis-swieq agrikoli dinjija, inkluż permezz tal-eliminazzjoni parallela tal-forom kollha ta’ sussidji għall-esportazzjoni agrikola u tal-miżuri ta’ esportazzjoni kollha b’effett ekwivalenti, f’konformità mal-mandat taċ-Ċiklu ta’ Doha għall-Iżvilupp

Malti – ENSURE STABLE FOOD COMMODITY MARKETS AND TIMELY ACCESS TO INFORMATION

Adozzjoni ta’ miżuri biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-swieq tal-prodotti alimentari primarji u tad-derivattivi tagħhom, u faċilitazzjoni ta’ aċċess f’waqtu għall-informazzjoni dwar is-swieq, inkluż dwar ir-riżervi tal-ikel, sabiex tipprova tiġi llimitata volatilità estrema tal-prezzijiet tal-ikel