Għan 3: Saħħa Tajba u Benesseri
X’inhi l-importanza ta’ dan l-għan?
Nies f’saħħithom huma fundamentali għal ekonomiji f’saħħithom. Għalhekk, il-promozzjoni tal-benesseri u ta’ stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa għal kulħadd hija kruċjali biex tiġi żgurata soċjetà b’saħħitha, attiva u prosperuża.
X’inhuma l-miri ta’ dan l-għan?
Malti – REDUCE MATERNAL MORTALITY
Sal-2030, tnaqqis tal-proporzjon globali ta’ mortalità materna għal inqas minn 70 għal kull 100 000 twelid ħaj
Malti – END ALL PREVENTABLE DEATHS UNDER 5 YEARS OF AGE
Sal-2030, tixjin tal-imwiet evitabbli ta’ trabi tat-twelid u ta’ tfal taħt il-5 snin, bil-pajjiżi kollha jimmiraw li jnaqqsu l-mortalità tat-trabi tat-twelid għal mill-inqas 12 għal kull 1 000 twelid ħaj u l-mortalità ta’ tfal taħt il-5 snin għal mill-inqas 25 għal kull 1 000 twelid ħaj
Malti – FIGHT COMMUNICABLE DISEASES
Sal-2030, tixjin tal-epidemiji tal-AIDS, it-tuberkulosi, il-malarja u mard tropikali li ma jingħatax biżżejjed attenzjoni, u ġlieda kontra l-epatite, il-mard trażmess mill-ilma u mard trażmissibbli ieħor
Malti – REDUCE MORTALITY FROM NON-COMMUNICABLE DISEASES AND PROMOTE MENTAL HEALTH
Sal-2030, tnaqqis b’terz tal-mortalità prematura minn mard mhux trażmissibbli permezz ta’ prevenzjoni u kura, u promozzjoni tas-saħħa mentali u l-benesseri
Malti – PREVENT AND TREAT SUBSTANCE ABUSE
Tisħiħ tal-prevenzjoni u l-kura tal-abbuż mid-droga, inkluż l-abbuż mid-droga narkotika u l-abbuż mill-alkoħol
Malti – REDUCE ROAD INJURIES AND DEATHS
Sal-2020, tnaqqis bin-nofs tal-għadd ta’ mwiet u korrimenti globali minn inċidenti tat-traffiku
Malti – UNIVERSAL ACCESS TO SEXUAL AND REPRODUCTIVE CARE, FAMILY PLANNING
Sal-2030, aċċertar ta’ aċċess universali għas-servizzi ta’ kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, inkluż għall-ippjanar tal-familja, informazzjoni u edukazzjoni, u l-integrazzjoni tas-saħħa riproduttiva fi strateġiji u programmi nazzjonali
Malti – ACHIEVE UNIVERSAL HEALTH COVERAGE
Ksib ta’ kopertura tas-saħħa universali, inkluża protezzjoni kontra r-riskju finanzjarju, aċċess għal servizzi essenzjali ta’ kura tas-saħħa ta’ kwalità tajba, u aċċess għal mediċini u tilqim essenzjali li jkunu sikuri, effettivi, ta’ kwalità tajba u affordabbli għal kulħadd
Malti – REDUCE ILLNESSES AND DEATH FROM HAZARDOUS CHEMICALS AND POLLUTION
Sal-2030, tnaqqis sostanzjali fl-għadd ta’ mwiet u mard minn sustanzi kimiċi perikolużi u mit-tniġġis u l-kontaminazzjoni tal-arja, l-ilma u l-ħamrija
Malti – IMPLEMENT THE WHO FRAMEWORK CONVENTION ON TOBACCO CONTROL
Tisħiħ tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Qafas dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fil-pajjiżi kollha, kif xieraq
Malti – SUPPORT RESEARCH, DEVELOPMENT AND UNIVERSAL ACCESS TO AFFORDABLE
Appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ tilqim u mediċini għall-mard trażmissibbli u mhux trażmissibbli li primarjament jaffettwa lil pajjiżi li qed jiżviluppaw, aċċess għal mediċini u tilqim essenzjali affordabbli, f’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ Doha dwar il-Ftehim TRIPS u s-Saħħa Pubblika, li jafferma d-dritt ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw li jużaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet fil-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ rigward flessibbiltà biex tiġi protetta s-saħħa pubblika u, b’mod partikolari, biex jingħata aċċess għall-mediċini lil kulħadd
Malti – INCREASE HEALTH FINANCING AND SUPPORT HEALTH WORKFORCE IN DEVELOPING COUNTRIES
Żieda sostanzjali fl-iffinanzjar tas-saħħa u fir-reklutaġġ, l-iżvilupp, it-tħarriġ u ż-żamma tal-forza tax-xogħol tas-saħħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment fil-pajjiżi l-inqas żviluppati u fi Stati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw
Malti – IMPROVE EARLY WARNING SYSTEMS FOR GLOBAL HEALTH RISKS
Tisħiħ tal-kapaċità tal-pajjiżi kollha, b’mod partikolari pajjiżi li qed jiżviluppaw, għal twissija bikrija, tnaqqis tar-riskju u ġestjoni tar-riskji għas-saħħa nazzjonali u globali