Skip to content Skip to footer

Għan 4: Edukazzjoni ta’ Kwalità

X’inhi l-importanza ta’ dan l-għan?

L-iżgurar ta’ sistema edukattiva inklużiva u ta’ kwalità tajba għal kulħadd u l-promozzjoni ta’ tagħlim tul il-ħajja. Edukazzjoni ta’ kwalità tgħin biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi u l-faqar filwaqt li tħeġġeġ l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u żżid il-mobilità soċjoekonomika.

X’inhuma l-miri ta’ dan l-għan?

Malti – FREE PRIMARY AND SECONDARY EDUCATION

Sal-2030, aċċertar li l-bniet u s-subien kollha jirċievu edukazzjoni primarja u sekondarja bla ħlas, ekwa u ta’ kwalità tajba, li twassal għal eżiti tat-tagħlim rilevanti u effettivi tal-Għan 4

Malti – EQUAL ACCESS TO QUALITY PRE-PRIMARY EDUCATION

Sal-2030, aċċertar li l-bniet u s-subien kollha jkollhom aċċess għal żvilupp bikri tat-tfal, indukrar u edukazzjoni preprimarja, sabiex ikunu lesti għall-edukazzjoni primarja

Malti – EQUAL ACCESS TO AFFORDABLE TECHNICAL, VOCATIONAL AND HIGHER

Sal-2030, aċċertar ta’ aċċess ugwali għan-nisa u l-irġiel kollha għal edukazzjoni teknika, vokazzjonali u terzjarja affordabbli u ta’ kwalità tajba, inkluża l-università

Malti – INCREASE THE NUMBER OF PEOPLE WITH RELEVANT SKILLS FOR FINANCIAL SUCCESS

Sal-2030, żieda sostanzjali fl-għadd ta’ żgħażagħ u adulti li jkollhom ħiliet rilevanti, inklużi ħiliet tekniċi u vokazzjonali, għall-impjieg, impjiegi deċenti u l-intraprenditorija

Malti – ELIMINATE ALL DISCRIMINATION IN EDUCATION

Sal-2030, eliminazzjoni tad-disparitajiet bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni u l-aċċertar ta’ aċċess ugwali għal-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għal persuni vulnerabbli, inklużi dawk b’diżabilità, popli indiġeni u tfal f’sitwazzjonijiet vulnerabblind children in vulnerable situations

Malti – UNIVERSAL LITERACY AND NUMERACY

Sal-2030, aċċertar li ż-żgħażagħ kollha u proporzjon sostanzjali mill-adulti, kemm irġiel kif ukoll nisa, jiksbu livell ta’ litteriżmu u numeriżmu

Malti – EDUCATION FOR SUSTAINABLE DEVELOPMENT AND GLOBAL CITIZENSHIP

Sal-2030, aċċertar li l-istudenti kollha jiksbu l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli, fost affarijiet oħra permezz ta’ edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli u stili ta’ ħajja sostenibbli, drittijiet tal-bniedem, ugwaljanza bejn il-ġeneri, promozzjoni ta’ kultura ta’ paċi u mhux vjolenti, ċittadinanza globali, u apprezzament tad-diversità kulturali u tal-kontribut tal-kultura għall-iżvilupp sostenibbli

Malti -BUILD AND UPGRADE INCLUSIVE AND SAFE SCHOOLS

Bini u titjib ta’ faċilitajiet edukattivi li jkunu sensittivi għat-tfal, għad-diżabilità u għall-ġeneru u li jipprovdu ambjenti ta’ tagħlim sikuri, mhux vjolenti, inklużivi u effettivi għal kulħadd

Malti – EXPAND HIGHER EDUCATION SCHOLARSHIPS FOR DEVELOPING

Sal-2020, espansjoni globali sostanzjali tal-għadd ta’ boroż ta’ studju disponibbli għal pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari l-pajjiżi l-inqas żviluppati, Stati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw u pajjiżi Afrikani, biex ikun hemm reġistrazzjoni fl-edukazzjoni għolja f’pajjiżi żviluppati u pajjiżi oħra li qed jiżviluppaw, inkluż fi programmi ta’ taħriġ vokazzjonali u teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, kif ukoll fi programmi tekniċi, tal-inġinerija u xjentifiċi

Malti – INCREASE THE SUPPLY OF QUALIFIED TEACHERS IN DEVELOPING COUNTRIES

Sal-2030, żieda sostanzjali fil-provvista ta’ għalliema kwalifikati, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni internazzjonali fit-tħarriġ tal-għalliema f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment il-pajjiżi l-inqas żviluppati u Stati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw

Dettalji ta’ Kuntatt

Sustainable Development Directorate
No 3, MF Business Center (Level 2),
Triq Galanton Vassallo,
Santa Venera, Malta 

Midja Soċjali

© Copyright 2022 – Sustainable Development. All Rights Reserved.