Għan 5: Ugwaljanza Bejn is-Sessi
X’inhi l-importanza ta’ dan l-għan?
Id-disparità bejn il-ġeneri tfixkel il-progress soċjali hekk kif in-nisa jkomplu jiġu sottorappreżentati f’ħafna setturi. Il-ksib tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet huma sinifikanti għat-tkabbir ekonomiku u għall-promozzjoni tal-iżvilupp soċjali.
X’inhuma l-miri ta’ dan l-għan?
Malti – END DISCRIMINATION AGAINST WOMEN AND GIRLS
Tixjin ta’ kull forma ta’ diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-bniet kollha kullimkien
Malti – END ALL VIOLENCE AGAINST AND EXPLOITATION OF WOMEN AND GIRLS
Eliminazzjoni ta’ kull forma ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-bniet kollha kemm fil-qasam pubbliku kif ukoll privat, inklużi t-traffikar, l-isfruttament sesswali u tipi oħra ta’ sfruttament
Malti – ELIMINATE FORCED MARRIAGES AND GENITAL MUTILATION
Eliminazzjoni tal-prattiki ta’ ħsara kollha, inklużi ż-żwieġ tat-tfal, prekoċi u sfurzat u l-mutilazzjoni ġenitali femminili
Malti – VALUE UNPAID CARE AND PROMOTE SHARED DOMESTIC RESPONSIBILITIES
Rikonoxximent u apprezzament tax-xogħol ta’ kura u domestiku mhux imħallas permezz tal-forniment ta’ servizzi pubbliċi, infrastruttura u politiki ta’ protezzjoni soċjali, u l-promozzjoni ta’ responsabbiltà konġunta fid-dar u fil-familja, kif xieraq fil-livell nazzjonali
5 ENSURE FULL PARTICIPATION IN LEADERSHIP AND DECISION-MAKING
Aċċertar tal-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tan-nisa u ta’ opportunitajiet indaqs għat-tmexxija fil-livelli kollha tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-ħajja politika, ekonomika u pubblika
5 UNIVERSAL ACCESS TO REPRODUCTIVE HEALTH
Aċċertar ta’ aċċess universali għas-saħħa sesswali u riproduttiva u għad-drittijiet riproduttivi, kif miftiehem f’konformità mal-Programm ta’ Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp u mal-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing, kif ukoll id-dokumenti ta’ eżitu tal-konferenzi ta’ rieżami tagħhom
5 EQUAL RIGHTS TO ECONOMIC RESOURCES, PROPERTY OWNERSHIP AND FINANCIAL
Twettiq ta’ riformi biex in-nisa jingħataw ugwaljanza tad-drittijiet għar-riżorsi ekonomiċi, kif ukoll aċċess għal sjieda u kontroll tal-art u ta’ forom oħra ta’ proprjetà, għal servizzi finanzjarji, wirt u riżorsi naturali, f’konformità mad-dritt nazzjonali
PROMOTE EMPOWERMENT OF WOMEN THROUGH TECHNOLOGY
Tisħiħ tal-użu minn teknoloġija ta’ abilitazzjoni, b’mod partikolari t-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, biex jiġi promoss it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa
ADOPT AND STRENGTHEN POLICIES AND ENFORCEABLE LEGISLATION FOR GENDER EQUALITY
Adozzjoni u tisħiħ ta’ politiki tajbin u ta’ leġiżlazzjoni esegwibbli biex jiġu promossi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet kollha fil-livelli kollha