Skip to content Skip to footer

Għan 6: Ilma Nadif u Sanità

X’inhi l-importanza ta’ dan l-għan?

Aċċess għal ilma nadif u ta’ kwalità tajba jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-faqar u għal aktar sigurtà alimentari, paċi u ekosistemi f’saħħithom.

X’inhuma l-miri ta’ dan l-għan?

SAFE AND AFFORDABLE DRINKING WATER

Sal-2030, ksib ta’ aċċess universali u ekwu għal ilma tax-xorb sikur u affordabbli għal kulħadd

6 END OPEN DEFECATION AND PROVIDE ACCESS TO SANITATION

Sal-2030, ksib ta’ aċċess għal sanità u iġjene adegwati u ekwi għal kulħadd, u tixjin tal-ipporgar fil-beraħ, b’attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet tan-nisa u l-bniet u ta’ dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli

6 FIGHT COMMUNICABLE DISEASES

Sal-2030, titjib tal-kwalità tal-ilma billi jitnaqqas it-tniġġis, jiġi eliminat ir-rimi u jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-rilaxx ta’ sustanzi kimiċi u materjal perikolużi, jitnaqqas bin-nofs il-proporzjon ta’ ilma mormi mhux trattat, u jiżdiedu sostanzjalment ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid sikur fil-livell globali

6 REDUCE MORTALITY FROM NON-COMMUNICABLE DISEASES AND PROMOTE MENTAL HEALTH

Sal-2030, żieda sostanzjali fl-effiċjenza fl-użu mill-ilma fis-setturi kollha, u aċċertar ta’ ġbid u forniment sostenibbli ta’ ilma ħelu biex tiġi indirizzata l-iskarsezza tal-ilma u biex jitnaqqas sostanzjalment l-għadd ta’ nies li jbatu mill-iskarsezza tal-ilma

6 PREVENT AND TREAT

Sal-2030, implimentazzjoni ta’ ġestjoni integrata tar-riżorsi tal-ilma fil-livelli kollha, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni transkonfinali, kif xieraq

6 REDUCE ROAD INJURIES AND DEATHS

Sal-2020, ħarsien u restawr tal-ekosistemi relatati mal-ilma, inklużi l-muntanji, il-foresti, l-artijiet mistagħdra, ix-xmajjar, is-saffi blat jew ħamrija li jżommu ħafna ilma u l-lagi

6 UNIVERSAL ACCESS TO SEXUAL AND REPRODUCTIVE CARE, FAMILY PLANNING

Sal-2030, espansjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali u tal-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet lil pajjiżi li qed jiżviluppaw f’attivitajiet u programmi relatati mal-ilma u mas-sanità, inklużi l-ġbir tal-ilma, id-desalinazzjoni, l-effiċjenza fl-użu mill-ilma, it-trattament tal-ilma mormi, u t-teknoloġiji ta’ riċiklaġġ u użu mill-ġdid

6 ACHIEVE UNIVERSAL HEALTH COVERAGE

Appoġġ u tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-komunitajiet lokali fit-titjib tal-ġestjoni tal-ilma u s-sanità