Skip to content Skip to footer

Għan 7: Enerġija Affordabbli u Nadifa

X’inhi l-importanza ta’ dan l-għan?

Ilna ħafna għexieren ta’ snin niddependu mill-fjuwils fossili, li jirrilaxxaw gassijiet serra. Dan għandu impatt negattiv fuq il-benesseri tan-nies u fuq l-ambjent. Għalhekk, sistema tal-enerġija tajba u effiċjenti tappoġġja lis-setturi kollha, bħas-saħħa, l-edukazzjoni, l-ambjent, in-negozju, l-infrastruttura, il-komunikazzjoni u t-teknoloġija.

X’inhuma l-miri ta’ dan l-għan?

7 UNIVERSAL ACCESS TO MODERN ENERGY

Sal-2030, aċċertar ta’ aċċess universali għal servizzi tal-enerġija affordabbli, affidabbli u moderni

7 INCREASE GLOBAL PERCENTAGE OF RENEWABLE ENERGY

Sal-2030, żieda sostanzjali fis-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija globali

7 DOUBLE THE IMPROVEMENT IN ENERGY EFFICIENCY

Sal-2030, irdoppjar tar-rata globali ta’ titjib fl-effiċjenza fl-użu mill-enerġija

7 PROMOTE ACCESS TO RESEARCH, TECHNOLOGY AND INVESTMENTS IN CLEAN ENERGY

Sal-2030, tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għar-riċerka dwar u t-teknoloġija tal-enerġija nadifa, inklużi l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-użu mill-enerġija u t-teknoloġija tal-karburanti fossili avvanzata u aktar nadifa, u promozzjoni tal-investiment fl-infrastruttura tal-enerġija u fit-teknoloġija tal-enerġija nadifa

7 EXPAND AND UPGRADE ENERGY SERVICES FOR DEVELOPING COUNTRIES

Sal-2030, espansjoni tal-infrastruttura u titjib tat-teknoloġija biex jiġu pprovduti servizzi tal-enerġija moderni u sostenibbli lil kulħadd f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari fil-pajjiżi l-inqas żviluppati, fi Stati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw u f’pajjiżi mingħajr kosta li qed jiżviluppaw, f’konformità mal-programmi ta’ appoġġ rispettivi tagħhom