Għan 8: Xogħol Deċenti u Tkabbir Ekonomiku
X’inhi l-importanza ta’ dan l-għan?
Tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv jikkontribwixxi lejn il-ħolqien ta’ impjiegi deċenti u jtejjeb l-istandard tal-għajxien għal kulħadd. Xogħol deċenti jagħti opportunità indaqs lil kulħadd biex jaħdem u jkun produttiv bi dħul ġust, biex iħossu sikur u sigur fuq il-post tax-xogħol, u biex jikber u jiżviluppa lilu nnifsu.
X’inhuma l-miri ta’ dan l-għan?
8 SUSTAINABLE ECONOMIC GROWTH
Sostenn tat-tkabbir ekonomiku per capita f’konformità maċ-ċirkostanzi nazzjonali u, b’mod partikolari, tkabbir annwali ta’ mill-inqas 7 % tal-prodott domestiku gross fil-pajjiżi l-inqas żviluppati
8 DIVERSIFY, INNOVATE AND UPGRADE FOR ECONOMIC
Ksib ta’ livelli ogħla ta’ produttività ekonomika permezz ta’ diversifikazzjoni, titjib teknoloġiku u innovazzjoni, inkluż permezz ta’ fokus fuq setturi b’valur miżjud għoli u intensivi fix-xogħol
8 PROMOTE POLICIES TO SUPPORT JOB CREATION AND GROWING ENTERPRISES
Promozzjoni ta’ politiki orjentati lejn l-iżvilupp li jappoġġjaw attivitajiet produttivi, il-ħolqien ta’ impjiegi deċenti, l-intraprenditorija, il-kreattività u l-innovazzjoni, u li jħeġġu l-formalizzazzjoni u t-tkabbir ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, inkluż permezz ta’ aċċess għal servizzi finanzjarji
8 IMPROVE RESOURCE EFFICIENCY IN CONSUMPTION AND PRODUCTION
Sal-2030, titjib progressiv fl-effiċjenza globali fl-użu mir-riżorsi fil-konsum u l-produzzjoni, u sforz biex it-tkabbir ekonomiku jiġi diżakkoppjat mid-degradazzjoni ambjentali, f’konformità mal-qafas ta’ programmi ta’ 10 snin dwar il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli, bit-tmexxija tal-pajjiżi żviluppati
8 FULL EMPLOYMENT AND DECENT WORK WITH EQUAL PAY
Sal-2030, ksib ta’ impjieg sħiħ u produttiv u xogħol deċenti għan-nisa u l-irġiel kollha, inkluż għaż-żgħażagħ u għall-persuni b’diżabilità, u paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali
8 PROMOTE YOUTH EMPLOYMENT
Sal-2020, tnaqqis sostanzjali fil-proporzjon ta’ żgħażagħ barra mill-impjieg, edukazzjoni jew taħriġ
8 END MODERN SLAVERY, TRAFFICKING AND CHILD LABOUR
Teħid ta’ miżuri immedjati u effettivi biex jinqered ix-xogħol furzat, jixxejnu l-iskjavitù moderna u t-traffikar ta’ bnedmin, u biex jiġu żgurati l-projbizzjoni u l-eliminazzjoni tal-agħar forom ta’ tħaddim tat-tfal, inklużi r-reklutaġġ u l-użu minn suldati tfal, u sal-2025 tixjin tat-tħaddim tat-tfal fil-forom kollha tiegħu
8 PROTECT LABOUR RIGHTS AND PROMOTE SAFE WORKING ENVIRONMENTS
Ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema u promozzjoni ta’ ambjenti tax-xogħol sikuri u siguri għall-ħaddiema kollha, inklużi ħaddiema migranti u b’mod partikolari migranti nisa, kif ukoll dawk f’impjieg prekarju
8 PROMOTE BENEFICIAL AND SUSTAINABLE TOURISM
Sal-2030, tfassil u implimentazzjoni ta’ politiki biex jiġi promoss turiżmu sostenibbli li joħloq l-impjiegi u jippromwovi l-kultura u l-prodott lokali
8 UNIVERSAL ACCESS TO BANKING, INSURANCE AND FINANCIAL SERVICES
Tisħiħ tal-kapaċità tal-istituzzjonijiet finanzjarji domestiċi biex iħeġġu u jespandu l-aċċess għall-ibbankjar, l-assigurazzjoni u s-servizzi finanzjarji għal kulħadd
8 INCREASE AID FOR TRADE SUPPORT
Żieda fl-appoġġ tat-tip Għajnuna għall-Kummerċ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari l-pajjiżi l-inqas żviluppati, inkluż permezz tal-Qafas Integrat Imsaħħaħ għall-Assistenza Teknika Relatata mal-Kummerċ lill-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati
8 DEVELOP A GLOBAL YOUTH EMPLOYMENT STRATEGY
Sal-2020, żviluppat u tħaddim ta’ strateġija globali għall-impjieg taż-żgħażagħ u implimentazzjoni tal-Patt Globali għall-Impjiegi tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol