Skip to content Skip to footer

Għan 9: Industrija, Innovazzjoni u Infrastruttura

X’inhi l-importanza ta’ dan l-għan?

Industrija, innovazzjoni u infrastruttura sostenibbli, inklużivi u reżiljenti jistgħu jiġġeneraw l-impjieg u joħolqu tkabbir ekonomiku kompetittiv. Dawn iwasslu għall-iżvilupp ta’ industriji u teknoloġiji ġodda li jtejbu l-istandard tal-għajxien, jiffaċilitaw il-kummerċ internazzjonali u jippermettu użu effiċjenti mir-riżorsi.

X’inhuma l-miri ta’ dan l-għan?

9 DEVELOP SUSTAINABLE, RESILIENT AND INCLUSIVE INFRASTRUCTURES

Żvilupp ta’ infrastruttura ta’ kwalità tajba, affidabbli, sostenibbli u reżiljenti, inkluża l-infrastruttura reġjonali u transfruntiera, biex jiġu appoġġjati l-iżvilupp ekonomiku u l-benesseri tal-bniedem, b’fokus fuq aċċess affordabbli u ekwu għal kulħadd

9 PROMOTE INCLUSIVE AND SUSTAINABLE INDUSTRIALIZATION

Promozzjoni ta’ industrijalizzazzjoni inklużiva u sostenibbli u, sal-2030, żieda sinifikanti fis-sehem tal-industrija mill-impjieg u l-prodott domestiku gross, f’konformità maċ-ċirkostanzi nazzjonali, u rdoppjar tas-sehem tagħha fil-pajjiżi l-inqas żviluppati

9 INCREASE ACCESS TO FINANCIAL SERVICES AND MARKETS

Żieda fl-aċċess ta’ intrapriżi industrijali u oħrajn fuq skala żgħira għal servizzi finanzjarji, inkluż kreditu affordabbli, u l-integrazzjoni tagħhom fil-ktajjen tal-valur u fis-swieq, b’mod partikolari f’pajjiżi li qed jiżviluppaw

9 UPGRADE ALL INDUSTRIES AND INFRASTRUCTURES FOR SUSTAINABILITY

Sal-2030, titjib tal-infrastruttura u modifika retroattiva tal-industriji biex dawn isiru aktar sostenibbli, b’aktar effiċjenza fl-użu mir-riżorsi u adozzjoni aktar mifruxa ta’ teknoloġiji u proċessi industrijali nodfa u ekoloġiċi, b’teħid ta’ azzjoni mill-pajjiżi kollha skont il-kapaċitajiet rispettivi tagħhom

9 ENHANCE RESEARCH AND UPGRADE INDUSTRIAL TECHNOLOGIES

Tisħiħ tar-riċerka xjentifika, titjib tal-kapaċitajiet teknoloġiċi tas-setturi industrijali fil-pajjiżi kollha, b’mod partikolari f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, inkluż, sal-2030, it-tisħiħ tal-innovazzjoni u żieda sostanzjali kemm fl-għadd ta’ ħaddiema fir-riċerka u l-iżvilupp għal kull miljun persuna kif ukoll fl-infiq fuq ir-riċerka u l-iżvilupp pubbliċi u privati

9 FACILITATE SUSTAINABLE INFRASTRUCTURE DEVELOPMENT FOR

Faċilitazzjoni ta’ żvilupp infrastrutturali sostenibbli u reżiljenti f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, permezz ta’ appoġġ finanzjarju, teknoloġiku u tekniku msaħħaħ lil pajjiżi Afrikani, lill-pajjiżi l-inqas żviluppati, lil pajjiżi mingħajr kosta li qed jiżviluppaw u lil Stati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw

9 SUPPORT DOMESTIC TECHNOLOGY DEVELOPMENT AND INDUSTRIAL

Appoġġ ta’ żvilupp ta’ teknoloġija, riċerka u innovazzjoni domestiċi f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, inkluż billi jiġi żgurat ambjent ta’ politika li, fost affarijiet oħra, iwassal għad-diversifikazzjoni industrijali u ż-żieda tal-valur tal-prodotti primarji

9 UNIVERSAL ACCESS TO INFORMATION AND COMMUNICATIONS TECHNOLOGY

Żieda sinifikanti fl-aċċess għat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u sforz biex sal-2020 jingħata aċċess universali u affordabbli għall-internet fil-pajjiżi l-inqas żviluppati

Dettalji ta’ Kuntatt

Sustainable Development Directorate
No 3, MF Business Center (Level 2),
Triq Galanton Vassallo,
Santa Venera, Malta 

Midja Soċjali

© Copyright 2022 – Sustainable Development. All Rights Reserved.