Skip to content Skip to footer

Viżjoni 2050

Il-Viżjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli għal Malta għall-2050 tistipula l-aspirazzjonijiet fit-tul u l-prijoritajiet tagħna għall-integrazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli. Hija allinjata mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tal-Aġenda 2030 filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni wkoll żviluppi oħra fil-livell internazzjonali u f’dak tal-UE.

Id-Dokument ta’ Viżjoni ġie ppubblikat għal konsultazzjoni f’Settembru 2018. Fl-abbozzar ta’ dan id-Dokument ta’ Viżjoni, saru konsultazzjonijiet mal-Ministeri kollha tal-Gvern u mal-Persuni ta’ Referenza rispettivi tagħhom fl-Iżvilupp Sostenibbli, kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u ma’ rappreżentanti settorjali oħra. Is-sessjonijiet ta’ konsultazzjoni tematika li ġejjin saru wkoll f’kollaborazzjoni ma’ MEUSAC. 

Il-Viżjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli għal Malta għall-2050 se ssir il-prinċipju gwida ewlieni tagħna biex niżviluppaw il-politiki u biex nippjanaw u nimplimentaw il-proġetti. Il-Viżjoni nfisha twieġeb il-mistoqsija ta’ għalfejn jeħtieġ li naħsbu dwar il-futur fil-preżent. Din timmotivana biex nilqgħu l-isfidi tad-dinja moderna u tgħinna nilħqu għanijiet komuni, filwaqt li tagħti wkoll sinifikat lill-azzjonijiet tagħna.

Il-Viżjoni 2050 ġiet strutturata u mfassla fuq il-prinċipji ta’ governanza normattivi ewlenin li ġejjin għall-iggwidar tal-iżvilupp sostenibbli:

It-trawwim tal-prinċipji enfasizzati hawn fuq jiżgura pedamenti sodi u solidi li fuqhom l-azzjonijiet ta’ żvilupp sostenibbli jistgħu jiġu integrati fil-livelli kollha tas-soċjetà Maltija. Huwa b’dan il-mod li se nagħmlu differenza għalina nfusna biex lill-ġenerazzjonijiet futuri nħallulhom pajjiż li jkun f’qagħda aħjar minn dak li writna.