X’inhu
Il-kunċett ta’ Żvilupp Sostenibbli ġie ddefinit b’mod prominenti fir-Rapport Brundtland tal-1987, bħala:
“Żvilupp li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-preżent mingħajr ma jikkomprometti l-kapaċità tal-ġenerazzjonijiet futuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom.”
Il-prinċipji li ġejjin huma ċentrali biex jiġu ssodisfati dawn il-ħtiġijiet:
Fit-tul:
L-iżvilupp sostenibbli jeħtieġ strateġiji fit-tul biex tipprova tinkiseb ekwità intraġenerazzjonali u interġenerazzjonali
Parteċipazzjoni:
L-iżvilupp sostenibbli jeħtieġ l-inkorporazzjoni tal-partijiet interessati fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet
Integrazzjoni:
L-iżvilupp sostenibbli jeħtieġ il-koordinazzjoni u l-integrazzjoni ta’ politiki ekonomiċi, soċjali u ambjentali fost u bejn il-livelli differenti ta’ governanza
Riflessività:
L-iżvilupp sostenibbli jeħtieġ proċessi riflessivi bbażati fuq ċikli kontinwi ta’ riflessjoni u ta’ tagħlim dwar il-politika
Stadji Importanti
Stadji Importanti Nazzjonali
Stadji Importanti tan-NU-UE
• Konklużjonijiet tal-Kunsill: L-iżvilupp tal-Aġenda 2030 biex jintlaħqu l-għanijiet: Naċċelleraw il-lokalizzazzjoni tal-SDGs
• Konklużjonijiet tal-Kunsill: L-UE f’nofs l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030: Immexxu l-bidla trasformattiva u nħaffu l-progress fil-livelli kollha
