
Environmental
Social
Governance
It-Tabella ta’ Valutazzjoni ESG għal Malta
Il-komunità ta’ investiment għandha rwol kruċjali fil-faċilitazzjoni tat-tranżizzjoni lejn mudell ekonomiku sostenibbli għall-Gżejjer Maltin.
Il-kumpaniji Maltin qed jinvestu f’mudelli kummerċjali sostenibbli aktar minn qatt qabel. Dan qed isir b’aktar impenn lejn proġetti kummerċjali li jkollhom impatt pożittiv fuq l-ambjent, li jappoġġjaw id-dinamika soċjali tal-komunità Maltija b’mod sostanzjali, u li jiżguraw qafas aktar sod ta’ governanza korporattiva. Flimkien mal-kunsiderazzjonijiet kummerċjali tradizzjonali, dawn il-fatturi ESG jagħmluha possibbli li n-negozji joffru aktar valur miżjud lill-partijiet interessati u lill-investituri.
It-Tabella ta’ Valutazzjoni ESG għal Malta tgħin fil-viżibbiltà tal-kredenzjali ESG tal-kumpaniji kkwotati fil-Borża ta’ Malta, u min-naħa tiegħu dan jippermetti li l-investituri jqisuhom meta jkunu qed jieħdu deċiżjonijiet dwar investimenti.
It-Tabella ta’ Valutazzjoni ESG tidentifika l-impronta tal-karbonju effettiva ta’ dawn il-kumpaniji hekk kif huma jinvestu f’sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Jitkejjel ukoll l-użu effiċjenti mill-ilma u minn riżorsi oħra li jintużaw fl-operazzjonijiet ta’ dawn il-kumpaniji, biex jiġi kkwantifikat l-impatt ambjentali tagħhom
It-trattament ġust tal-impjegati, investiment fit-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol u impenn sostanzjali għall-fatturi ta’ ugwaljanza huma xi wħud mill-kriterji li jixhdu l-impenn soċjali ta’ dawn il-kumpaniji, filwaqt li l-indipendenza u d-diversità tal-bords huma elementi ewlenin li jkejlu l-istruttura ta’ governanza tal-kumpaniji.
Applikazzjoni u Reġistrazzjoni
Biex tissottometti r-rapport ESG tiegħek u għal aktar komunikazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq sustainabledevelopment@gov.mt