Għan 11: Bliet u Komunitajiet Sostenibbli
X’inhi l-importanza ta’ dan l-għan?
Bliet li jkunu inklużivi, reżiljenti u sostenibbli joħolqu ambjent aktar sikur li jipprevieni telf uman, soċjali u ekonomiku. Urbanizzazzjoni fqira twassal għal konġestjoni tat-traffiku u għal emissjonijiet ta’ gassijiet serra, u għalhekk jeħtieġ li jinbnew bliet ekoloġiċi fejn jiġu żgurati l-kwalità tal-ħajja u l-istabbiltà soċjali.
X’inhuma l-miri ta’ dan l-għan?
11 SAFE AND AFFORDABLE HOUSING
Sal-2030, aċċertar li kulħadd ikollu aċċess għal akkomodazzjoni u servizzi bażiċi adegwati, sikuri u affordabbli, u titjib tal-bassifondi
11 AFFORDABLE AND SUSTAINABLE TRANSPORT SYSTEMS
Sal-2030, aċċess għal sistemi ta’ trasport sikuri, affordabbli, aċċessibbli u sostenibbli għal kulħadd filwaqt li tittejjeb is-sikurezza fit-toroq, partikolarment bl-espansjoni tat-trasport pubbliku, b’attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet ta’ dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, kif ukoll nisa, tfal, persuni b’diżabilità u persuni akbar fl-età
11 INCLUSIVE AND SUSTAINABLE URBANIZATION
Sal-2030, tisħiħ ta’ urbanizzazzjoni inklużiva u sostenibbli u tal-kapaċità għall-ippjanar u l-ġestjoni parteċipattivi, integrati u sostenibbli ta’ insedjamenti umani fil-pajjiżi kollha
11 PROTECT THE WORLD’S CULTURAL AND NATURAL HERITAGE
Tisħiħ tal-isforzi biex jitħares u jiġi ssalvagwardjat il-patrimonju kulturali u naturali dinji
11 REDUCE THE ADVERSE EFFECTS OF NATURAL DISASTERS
Sal-2030, tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta’ mwiet u ta’ nies affettwati mid-diżastri, inklużi diżastri relatati mal-ilma, u tnaqqis sostanzjali fit-telf ekonomiku dirett relattiv għall-prodott domestiku gross globali kkawżat minnhom, b’fokus fuq il-protezzjoni ta’ nies foqra u dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli
11 REDUCE THE ENVIRONMENTAL IMPACT OF CITIES
Sal-2030, tnaqqis tal-impatt ambjentali avvers per capita tal-bliet, inkluż billi tingħata attenzjoni speċjali għall-kwalità tal-arja u għall-ġestjoni tal-iskart muniċipali u skart ieħor
11 PROVIDE ACCESS TO SAFE AND INCLUSIVE GREEN AND PUBLIC SPACES
Sal-2030, aċċess universali għal spazji pubbliċi sikuri, inklużivi, aċċessibbli u ekoloġiċi, b’mod partikolari għan-nisa u t-tfal, persuni akbar fl-età u persuni b’diżabilità
11 STRONG NATIONAL AND REGIONAL DEVELOPMENT PLANNING
Sostenn tar-rabtiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali pożittivi bejn iż-żoni urbani, periurbani u rurali billi jissaħħaħ l-ippjanar tal-iżvilupp nazzjonali u reġjonali
11 IMPLEMENT POLICIES FOR INCLUSION, RESOURCE EFFICIENCY AND DISASTER RISK
Sal-2020, żieda sostanzjali fl-għadd ta’ bliet u insedjamenti umani li jadottaw u jimplimentaw politiki u pjanijiet integrati favur l-inklużjoni, l-effiċjenza fl-użu mir-riżorsi, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, u r-reżiljenza għad-diżastri u, f’konformità mal-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri 2015-2030, żvilupp u implimentazzjoni ta’ ġestjoni olistika tar-riskju ta’ diżastri fil-livelli kollha
11 SUPPORT LEAST DEVELOPED COUNTRIES IN SUSTAINABLE AND RESILIENT BUILDING
Appoġġ lill-pajjiżi l-inqas żviluppati biex jibnu bini sostenibbli u reżiljenti b’materjal lokali, inkluż permezz ta’ assistenza finanzjarja u teknika