Il-Persuni ta’ Referenza fl-Iżvilupp Sostenibbli
L-Artikolu 7 tal-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, Kap. 521 jistabbilixxi lid-Diretturi responsabbli mill-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programmi fi ħdan kull Ministeru bħala l-Persuni ta’ Referenza fl-Iżvilupp Sostenibbli għal dak il-Ministeru.
Il-Persuni ta’ Referenza fl-Iżvilupp Sostenibbli jgħinu lill-Koordinaturi responsabbli għall-Iżvilupp Sostenibbli biex jiżviluppaw il-pożizzjoni tal-Ministeru fir-rigward ta’ kull talba relatata mal-iżvilupp sostenibbli.