Rieżami Volontarju
X’inhu r-Rieżami
Volontarju Nazzjonali (VNR)?
Ir-Rieżamijiet Volontarji Nazzjonali (VNRs) huma parti mis-segwitu u reviżjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli. Il-VNR huwa proċess li permezz tiegħu l-pajjiżi jqisu u jivvalutaw il-progress u l-isfidi fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tal-Aġenda 2030. VNRs jiġu ppreżentati matul il-Forum Politiku ta’ Livell Għoli (HLPF) tan-Nazzjonijiet Uniti (UN) dwar l-Iżvilupp Sostenibbli.
X’inhu l-HLPF dwar
l-Iżvilupp Sostenibbli?
L-HLPF huwa ċentrali għall-pjattaforma tal-UN għas-segwitu u r-rieżami tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli adottata fis-Summit tal-UN dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fil-25 ta’ Settembru 2015. Il-Forum jiltaqa’ kull sena għal tmint ijiem taħt il-patroċinju tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali (ECOSOC), u kull erba’ snin fil-livell ta’ Kapijiet ta’ Stat u Gvern taħt il-patroċinju tal-Assemblea Ġenerali għal jumejn. L-HLPF iwettaq rieżamijiet tal-SDGs b’mod regolari li huma bbażati wkoll fuq il-VNRs ippreżentati mill-pajjiżi. Għal aktar informazzjoni agħfas hawn.
Il-VNRs
ta’ Malta
Malta ppreżentat l-ewwel VNR tagħha fl-2018. L-ambitu tal-preżentazzjoni tal-VNRs sussegwenti huwa li jintwera l-progress li sar mill-VNR preċedenti u li wieħed jibni fuq kull rieżami. Malta impenjat ruħha li tippreżenta t-Tieni VNR tagħha matul l-HLPF dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-UN 2024.
- Tista’ tniżżel ir-rapport tat-Tieni VNR ta’ Malta billi tagħfas hawn.
- L-Anness Statistiku dwar l-Indikaturi tal-Iżvilupp Sostenibbli ta’ Malta jista’ jitniżżel minn hawn.
- Il-messaġġi ewlenin ta’ Malta għall-HLPF 2025 jinsabu hawn.
- Il-Pjattaforma tal-NSO dwar l-Indikaturi għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tinsab hawn.
