Rapporti
Il ħidma kollettiva ta’ Malta
lejn żvilupp sostenibbli
Bis-saħħa ta’ Artiklu 14 tal-Att dwar L-Iżvilupp Sostenibbli, Kap. 521, l-awtorità kompetenti għandha tħejji u tippreżenta rapport, li għandu jiġi sottomess lill‑Ministru responsabbli għall‑iżvilupp sostenibbli, li jittratta b’mod ġenerali l-politiki u l-miżuri f’kull settur li huma relatati ma’ Żvilupp Sostenibbli u li kienu implimentati mill-Gvern matul is-sena preċedenti. Dan ir-rapport jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru responsabbli u jsir dibattitu dwaru bil-għan li jitkompla jiżdied l-għarfien dwar l-Iżvilupp Sostenibbli.
Dan ir-Rapport Annwali jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il‑miżuri li ġew, u li għadhom qed jiġu, implimentati mill‑Gvern ta’ Malta biex jindirizzaw u jkomplu jintegraw l‑iżvilupp sostenibbli fis‑setturi kollha. Dawn ir‑rapporti huma bbażati madwar il‑ħames Għanijiet Strateġiċi żviluppati permezz tal‑Istrateġija ta’ Malta għall‑Iżvilupp Sostenibbli sal‑2050. Għaldaqstant, l‑approċċ tagħhom jirrifletti l‑ħidma kollettiva tal‑Ministeri kollha u jipprovdi mod integrat biex niksbu futur sostenibbli għall‑Gżejjer Maltin, futur fejn nassiguraw li kulħadd jibqa’ inkluż.
Dan ir-rapport annwali huwa sors importanti li jagħti kontabbiltà fir-rigward tal-progress miksub fil-qasam ta’ Żvilupp Sostenibbli waqt li jservi wkoll ta’ linja gwida għal setturi li jkunu jeħtieġu titjib.
