L-SDG Youth
L-Inizjattiva SDG Youth Champions hija programm nazzjonali ta’ involviment taż-żgħażagħ ikkoordinat mid-Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (MEER), b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ).
Din l-inizjattiva tagħti lil ħames żgħażagħ l-opportunità li jikkontribwixxu b’mod attiv għall-politika, il-promozzjoni u t-tqajjim tal-kuxjenza dwar l-iżvilupp sostenibbli kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali.
Ir-Rwol tal-
SDG Youth Champions
L-SDG Youth Champions huma żgħażagħ magħżula li juru impenn qawwi lejn is-sostenibbiltà u l-involviment taż-żgħażagħ. Kull Champion jirrappreżenta wieħed mill-ħames Għanijiet Strateġiċi Nazzjonali stabbiliti fl-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli ta’ Malta 2050 għal perjodu ta’ 15-il xahar.
Il-ħames rwoli huma:
- Il-Ġustizzja Soċjali u l-Prosperità –tindirizza l-faqar, l-inugwaljanza u l-inklużjoni soċjali
- It-Tkabbir Ekoloġiku u Blu –jappoġġja ekonomija newtrali għall-klima u l-protezzjoni ambjentali
- Il-Wirt Kulturali u l-Iżvilupp Urban –jipproteġi l-wirt kulturali filwaqt li jippromwovi spazji urbani sostenibbli
- Id-Diġitalizzazzjoni u l-Innovazzjoni Intelliġenti –tinkoraġġixxi l-għoti ta’ setgħa diġitali, l-innovazzjoni u l-konnettività
- Is-Saħħa u l-Benesseri –tippromwovi benesseri fiżiku u mentali għal soċjetà b’saħħitha
X’Jagħmlu l-
SDG Youth Champions?
L-SDG Youth Champions għandhom rwol attiv fil-promozzjoni u l-integrazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli billi:
- jiżviluppaw inizjattivi u proġetti oriġinali marbuta mal-Għan Strateġiku tagħhom,
- jinvolvu partijiet interessati fost iż-żgħażagħ u jinkoraġġixxu kollaborazzjoni f’attivitajiet relatati mas-sostenibbiltà,
- jirrappreżentaw il-perspettivi taż-żgħażagħ f’fora nazzjonali u internazzjonali,
- jipparteċipaw f’diskussjonijiet organizzati minn entitajiet li jfasslu l-politika,
- jikkontribwixxu għal avvenimenti li jqajmu kuxjenza pubblika dwar l-SDGs,
- isaħħu l-attiviżmu taż-żgħażagħ u l-impenn fit-tul lejn is-sostenibbiltà.
L-inizjattiva taħdem fuq bażi volontarja, filwaqt li tirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ flessibbiltà flimkien ma’ impenji edukattivi jew professjonali oħra.
Kontribuzzjonijiet
Ewlenin u Impatt
Sa mill-implimentazzjoni tagħha, l-SDG Youth Champions taw kontribut sinifikanti għall-isforzi ta’ Malta fl-iżvilupp sostenibbli, inkluż:
- it-tfassil ta’ kapitlu ddedikat għaż-żgħażagħ bit-titlu “Young Persons as Catalysts for Sustainable Change” (Iż-Żgħażagħ bħala Aġenti tal-Bidla Sostenibbli) għat-Tieni Reviżjoni Nazzjonali Volontarja ta’ Malta, li żgura li l-perspettivi taż-żgħażagħ jiġu riflessi fir-rapportar nazzjonali,
- il-preżentazzjoni tal-kontributi taż-żgħażagħ fil-Konferenza Nazzjonali ta’ Malta dwar l-Iżvilupp Sostenibbli,
- l-organizzazzjoni flimkien ta’ attivitajiet li jinvolvu ż-żgħażagħ bħall-SDG Valletta Challenge,
- it-twettiq ta’ workshops waqt il-Forum għall-Iżvilupp Sostenibbli li jinvolvi diversi partijiet interessati
- il-parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u avvenimenti pubbliċi,
- il-kontribuzzjoni għal diskussjonijiet fil-Forum Reġjonali UNECE dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, fejn irrappreżentaw liż-żgħażagħ Maltin fuq livell internazzjonali.
L-SDG
Champions
2026-2027:
- Marelaine Formosa: Tkabbir Ekoloġiku u Blu
- Giulio Spiteri: Żvilupp Urban u Wirt Kulturali
- Duncan Munro: Saħħa u Benesseri u Diġitalizzazzjoni u Innovazzjoni Intelliġenti
- Cara Borg Aquilina: Ġustizzja Soċjali u Prosperità
2024-2026:
- Yacopo Baldacchino: Tkabbir Ekoloġiku u Blu
- Isaiah Riolo: Żvilupp Urban u Wirt Kulturali
- Benjamin Bugeja: Saħħa u Benesseri
- Sarah Mifsud: Diġitalizzazzjoni u Innovazzjoni Intelliġenti
- Denise Perini: Ġustizzja Soċjali u Prosperità

