Ir-Retikolat għall-Iżvilupp
L-Artikolu 9 tal-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, Kap. 521 iwaqqaf ir-Retikolat għall-Iżvilupp Sostenibbli bl-għan li jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli f’Malta. Il-funzjoni tar-Retikolat hija li jħeġġeġ għarfien u prattiki mifruxa tal-iżvilupp sostenibbli.
Wara l-emenda bl-Att Nru I tal-2019, il-kompożizzjoni tar-Retikolat għall-Iżvilupp Sostenibbli ġiet emendata biex ir-Retikolat jingħata l-mandat biex iwaqqaf għadd ta’ sottokumitati li jistgħu jippromwovu d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli u li għandhom jikkonsistu minn rappreżentanti tas-sħab soċjali, tal-atturi u ta’ dawk b’interess speċifiku fil-qasam.
Minn xiex inhu magħmul ir-Retikolat?
- President maħtur mill-Prim Ministru;
- Viċi president maħtur mill-Ministru responsabbli għall-iżvilupp sostenibbli;
- Il-Persuni ta’ Referenza għall-Iżvilupp Sostenibbli;
- Persuna mis-settur tal-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi li għandha għarfien u esperjenza fi kwistjonijiet ambjentali, maħtura mill-Ministru;
- Individwi b’għarfien u esperjenza: (i) fil-kummerċ, fl-ekonomija u fl-industrija; (ii) fl-affarijiet soċjali u komunitarji; u (iii) fi kwistjonijiet ambjentali. Dawn jinħatru mill-Ministru wara konsultazzjonijiet mal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali ta’ Malta.
Membri tal-Bord
| President | Mr Marvin Zammit |
| Viċi-President | Dr Janice Formosa Pace |
| Membri | Mr Joseph F. Caruana Mr Godwin Mifsud Mr Mark Musù Mr Eucharist Bajada Dr Maria Brown Ms Romina Fenech |
| Segretarju | Mr Andre Buhagiar |
Is-Sotto-Kumitat tan-Netwerk għall-Iżvilupp Sostenibbli
Is-Sotto-Kumitat tan-Netwerk għall-Iżvilupp Sostenibbli għandu l-prerogattiva li jipproponi rakkomandazzjonijiet lin-Netwerk għall-Iżvilupp Sostenibbli dwar kif jista’ jippromwovi b’mod effettiv id-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli skont il-Parti V Artikolu 9(3) tal-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli.
Ir-responsabbiltajiet ewlenin tas-Sotto-Kumitat tan-Netwerk għall-Iżvilupp Sostenibbli huma dawn li ġejjin:
- Jagħti pariri lin-Netwerk għall-Iżvilupp Sostenibbli dwar l-oqsma prijoritarji li għandu jindirizza fil-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, billi jibbaża ruħu fuq l-esperjenza tal-membri tiegħu;
- Jagħti pariri lin-Netwerk għall-Iżvilupp Sostenibbli dwar l-għodod meħtieġa biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-komunità fil-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli; u
- Jagħti pariri lin-Netwerk għall-Iżvilupp Sostenibbli dwar kif għandu jtejjeb l-għarfien u l-fehim pubbliku dwar il-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli.
