Il-Viżjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli
Viżjoni fit-Tul għal Malta
Il-Viżjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli għal Malta għall-2050 tistipula l-aspirazzjonijiet fit-tul u l-prijoritajiet tagħna għall-integrazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli. Hija allinjata mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tal-Aġenda 2030 filwaqt li tikkunsidra wkoll żviluppi oħra fuq livell internazzjonali u f’dak tal-UE.
Id-Dokument tal-Viżjoni ġie ppubblikat għal konsultazzjoni f’Settembru 2018. Fl-abbozzar ta’ dan id-Dokument, saru konsultazzjonijiet mal-Ministeri kollha tal-Gvern u mal-Persuni ta’ Referenza rispettivi tagħhom għall-Iżvilupp Sostenibbli, kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet volontarji u ma’ rappreżentanti oħra minn diversi setturi.
Il-Viżjoni ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli għall-2050 se ssir il-prinċipju gwida ewlieni tagħna biex niżviluppaw il-politiki u għall‑ippjanar u implimentazzjoni tal‑proġetti. Il-Viżjoni nnifisha twieġeb il-mistoqsija ta’ għalfejn jeħtieġ li naħsbu dwar il-futur fil-preżent. Din tħeġġiġna biex niffaċċjaw l-isfidi tad-dinja moderna u tgħinna nilħqu għanijiet komuni, filwaqt li tagħti wkoll sinifikat lill-azzjonijiet tagħna.
Aqra l-Viżjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli għal Malta għall-2050 hawn
Il‑Viżjoni ta’ Malta għall‑Iżvilupp Sostenibbli ġiet strutturata u mfassla fuq il-prinċipji normattivi ewlenin ta’ governanza li ġejjin, sabiex jiggwidaw l‑iżvilupp sostenibbli:
It-trawwim tal-prinċipji enfasizzati hawn fuq jiżgura pedamenti sodi u b’saħħithom li fuqhom l-azzjonijiet ta’ żvilupp sostenibbli jistgħu jiġu integrati b’mod effettiv fil-livelli kollha tas-soċjetà Maltija. Huwa b’dan il-mod li se nagħmlu differenza għalina nfusna sabiex lill-ġenerazzjonijiet futuri nħallulhom pajjiż li jkun f’qagħda aħjar minn dak li writna.

