Premju għar-Riċerka u
Jirrikonoxxi proġetti jew teknoloġiji innovattivi fis-sostenibbiltà li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-iżvilupp sostenibbli. L-applikanti taħt din il-kategorija jistgħu jikkunsidraw:
- Sforzi biex issir riċerka jew isiru proġetti oriġinali u kreattivi, li jikkontribwixxu lejn l-iżvilupp sostenibbli għall-komunitajiet Maltin.
- Sforzi biex jiġi żgurat impatt fit-tul u sostenibbiltà. Dan biex jiġi żgurat li r-riċerka jew l-għodda żviluppata jkollha impatt fit-tul u tkompli tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli ta’ Malta maż-żmien.
- Sforzi biex id-dejta jew l-għodda żviluppata tkun faċilment aċċessibbli jew bi prezz raġonevoli għall-pubbliku ġenerali u għall-partijiet interessati kollha.
- Sforzi biex l-implimentazzjoni fil-komunitajiet lokali tkun faċli u effettiva.
- Sforzi biex jintlaħqu u jiġu involuti komunitajiet marġinalizzati.
- Sforzi biex jispiraw riċerkaturi oħra joħolqu proġetti ta’ riċerka innovattivi u sostenibbli.
- Kull sforz ieħor li jwassal għal inizjattivi jew teknoloġiji innovattivi li taw kontribut sinifikanti lejn l-avvanz tal-iżvilupp sostenibbli.
Kriterji Speċifiċi tal-Eliġibbiltà
Dan il-premju japplika speċifikament għal partijiet interessati li huma:
- Akkademiċi
Is-sottomissjonijiet għandhom jirrigwardaw proġett wieħed jew inizjattiva waħda definita b’mod ċar implimentata mill-applikant. Il-proġett sottomess jista’ jinkludi diversi attivitajiet, azzjonijiet jew avvenimenti, sakemm dawn ikunu ġew imwettqa bħala parti mill-istess proġett ġenerali u taħt titlu jew għan wieħed. L-applikazzjonijiet ma jistgħux jikkonsistu f’ġabra, sommarju jew portafoll ta’ proġetti mhux relatati jew tax-xogħol kollu mwettaq mill-applikant matul il-perjodu eliġibbli. Fejn applikant ikun wettaq diversi inizjattivi distinti, għandu jintgħażel u jiġi sottomess proġett speċifiku wieħed.
Premjijiet
Dawk li jiġu fl-ewwel post se jingħataw premju monetarju ta’ €2,000 u trofew. Dawk li jiġu fit-tieni u fit-tielet post se jingħataw tifkira kommemorattiva.
Sponsorjat minn:
Xjenza Malta
Kriterji tal-Evalwazzjoni
1. IMPATT (45%)
Impatt ta’ suċċess jinkludi riżultati li jistgħu jitkejlu fit-tibdil tal-imġiba tan-nies u l-perċezzjonijiet pubbliċi u/jew fl-influwenzar tal-politiki pubbliċi u/jew tal-allokazzjonijiet baġitarji biex jitħaffu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDGs) u l-Istrateġiji ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli. Impatt ta’ suċċess jindika wkoll titjib sinifikanti fil-kundizzjonijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali, inkluż l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, is-saħħa, l-iżvilupp tal-kapaċità, l-inklużjoni, l-istabbiltà ekonomika, is-sigurtà tal-ikel, l-adattament u/jew il-mitigazzjoni tal-klima, il-protezzjoni ambjentali u/jew il-paċi.
2. METODOLOĠIJA U INNOVAZZJONI (30%)
Kemm huwa innovattiv dan il-proġett/inizzjattiva? Kif jibni fuq idea innovattiva dan il-proġett/din l-inizjattiva? Ir-riċerka hija bbażata fuq sorsi affidabbli, riċerka etika u dejta kredibbli?
3. SKALABBILTÀ/REPLIKABBILTÀ (15%)
Dan il-proġett/inizzjattiva kif għandu l-potenzjal li jiġi estiż u/jew replikat f’kuntesti oħra biex iħaffef il-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDGs) u l-Istrateġiji ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli? Diġà ġie estiż u/jew replikat?
4. VOT PUBBLIKU (10%)
Kull nominazzjoni magħżula fil-lista finali titpoġġa fuq il-midja soċjali u l-pubbliku jivvota għall-premju li jemmen li jistħoqqlu jirbaħ.









