Premju għas-Sostenibbiltà
Jirrikonoxxi u jiċċelebra ġurnaliżmu u rapportar innovattiv u b’impatt sinifikanti relatat mal-iżvilupp sostenibbli. L-applikanti taħt din il-kategorija jistgħu jikkunsidraw:
- Sforzi biex jippreżentaw rapportar li jkun ibbażat fuq fatti u riċerka soda, u li jkun bilanċjat.
- Sforzi biex jirrappurtaw u joħolqu aktar għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà.
- Sforzi biex jużaw stejjer konvinċenti u innovattivi biex jinvolvu udjenzi differenti.
- Sforzi biex jimmobilizzaw u jinvolvu l-komunità, kif ukoll biex jinkoraġġixxu riforma fil-politiki.
- Sforzi biex jilħqu u jinkludu komunitajiet minn kull sfond f’Malta u Għawdex, speċjalment dawk li mhux dejjem ikunu koperti mill-midja Maltija.
- Sforzi biex josservaw l-etika ġurnalistika u jittrattaw kwistjonijiet sensittivi b’mod responsabbli.
- Kull sforz ieħor fil-qasam tal-ġurnaliżmu li jinforma, jispira u jqanqal azzjoni dwar kwistjonijiet ta’ żvilupp sostenibbli.
Kriterji Speċifiċi tal-Eliġibbiltà
Dan il-premju japplika speċifikament għal partijiet interessati li huma:
- Ġurnalisti u/jew kontributuri għall-midja f’Malta impjegati ma’ organizzazzjoni tal-midja rreġistrata mad-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI), jew ġurnalisti/kontributuri freelance għall-midja wkoll irreġistrati mad-DOI.
Is-sottomissjonijiet għandhom jirrigwardaw artiklu wieħed definit b’mod ċar. L-applikazzjonijiet ma jistgħux jikkonsistu f’ġabra jew portafoll t’artikli mhux relatati jew fix-xogħol kollu mwettaq mill-applikant matul il-perjodu eliġibbli. F’każ li applikant ikun ipproduċa diversi artikli distinti, għandu jintgħażel u jiġi sottomess artiklu wieħed speċifiku.
Premjijiet
Dawk li jiġu fl-ewwel post se jingħataw premju monetarju ta’ €2000 u trofew. Dawk li jiġu fit-tieni u fit-tielet post se jingħataw trofew.
Kriterji tal-Evalwazzjoni
1. IMPATT (50%)
Impatt ta’ suċċess jinkludi riżultati li jistgħu jitkejlu fit-tibdil tal-imġiba tan-nies u l-perċezzjonijiet pubbliċi u/jew fl-influwenzar tal-politiki pubbliċi u/jew tal-allokazzjonijiet baġitarji biex jitħaffu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDGs)uIstrateġiji ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli.Impatt ta’ suċċess jindika wkoll titjib sinifikanti fil-kundizzjonijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali, inkluż l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, is-saħħa, l-iżvilupp tal-kapaċità, l-inklużjoni, l-istabbiltà ekonomika, is-sigurtà tal-ikel, l-adattament u/jew il-mitigazzjoni tal-klima, il-protezzjoni ambjentali u/jew il-paċi.
2. IL-LINGWA, IL-KWALITÀ U L-INVOLVIMENT TAL-KOMUNITÀ (30%)
Tivvaluta kemm ix-xogħol jikkomunika b’mod ċar, preċiż u responsabbli mal-pubbliku, permezz ta’ sorsi kredibbli u lingwa aċċessibbli i li tagħmel is-suġġetti relatati mas-sostenibbiltà faċli biex jinftiehmu.
3. NOVITÀ/INNOVAZZJONI TAL-APPROĊĊ (10%)
Kemm huwa innovattiv dan l-artiklu? Kif jibni l-artiklu fuq idea innovattiva?
4. VOT PUBBLIKU (10%)
Kull nominazzjoni magħżula fil-lista finali titpoġġa fuq il-midja soċjali u l-pubbliku jivvota għall-premju li jemmen li jistħoqqlu jirbaħ.









