Il-Forum għall-Iżvilupp Sostenibbli
Nikkollaboraw għall-
Iżvillup Sostenibbli
Il-Forum għall-Iżvilupp Sostenibbli li jinvolvi diversi partijiet interessati huwa l-pjattaforma nazzjonali ta’ Malta għad-djalogu, il-kollaborazzjoni, u l-azzjoni koordinata dwar l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Istrateġija ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli għall-2050. Billi jiġbor flimkien rappreżentanti tal-gvern, kunsilli lokali u reġjonali, rappreżentanti tas-settur privat u l-industrija, organizzazzjonijiet volontarji, rappreżentanti taż-żgħażagħ u s-settur akkademiku, il-Forum jiżgura li l-iżvilupp sostenibbli f’Malta jiġi ffurmat permezz ta’ parteċipazzjoni wiesgħa u responsabbiltà komuni.
Minħabba n-natura trasversali kemm tal-SDGs tan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll tal-Għanijiet Strateġiċi ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli, progress sinifikanti jeħtieġ il-parteċipazzjoni attiva u l-kollaborazzjoni tas-setturi kollha tas-soċjetà.
Billi huwa msejjes fuq il-prinċipji enfasizzati fit-Tieni Reviżjoni Nazzjonali Volontarja ta’ Malta, il-Forum jippromwovi approċċ tal-gvern kollu u tas-soċjetà kollha billi:
- Jiffaċilita djalogu strutturat dwar il-prijoritajiet nazzjonali tal-iżvilupp sostenibbli;
- Jiġbor perspettivi differenti biex jiggwida d-disinn u l-implimentazzjoni tal-politika;
- Jippromwovi t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont fil-progress ta’ Malta dwar l-SDGs;
- Jinkoraġġixxi l-kollaborazzjoni bejn is-setturi biex iħaffef soluzzjonijiet sostenibbli; u
- Juri inizjattivi u prattiki tajbin minn gruppi differenti ta’ partijiet interessati.
Il-Forum jaġixxi bħala pont bejn il-proċessi nazzjonali tal-politika u l-esperjenzi ta’ kuljum tal-komunitajiet, u jiżgura li t-triq ta’ Malta lejn l-iżvilupp sostenibbli tkun inklużiva, ibbażata fuq l-evidenza, u allinjata fit-tul mal-benesseri soċjali, ekonomiku u ambjentali.
2024
L-ewwel edizzjoni tal-Forum għall-Iżvilupp Sostenibbli li jinvolvi diversi partijiet interessati, li saret f’Novembru 2024, kienet parti ċentrali mill-preparazzjoni tat-Tieni Reviżjoni Nazzjonali Volontarja ta’ Malta. Il-Forum ġabar flimkien rappreżentanti mill-amministrazzjoni pubblika, kunsilli lokali, organizzazzjonijiet volontarji, is-settur akkademiku, is-settur privat, u atturi ewlenin oħra għal sensiela ta’ workshops tematiċi u diskussjonijiet plenarji.
Il-parteċipanti eżaminaw il-progress ta’ Malta dwar l-SDGs, qasmu għarfien dwar sfidi u opportunitajiet emerġenti, u taw il-perspettivi tagħhom dwar il-prijoritajiet ta’ Malta fl-iżvilupp sostenibbli. Il-Forum kellu rwol kruċjali biex isaħħaħ id-djalogu u l-kollaborazzjoni bejn is-setturi, u biex jiżgura li l-proċess tal-VNR ikun inklużiv u jirrifletti firxa wiesgħa ta’ fehmiet u esperjenzi.
L-Iskart u l-Konsum Responsabbli
SDG 12Saħħa u Benesseri Tajbin - Is-Sistema tas-Saħħa Pubblika, Stili ta’ Ħajja Attivi u Nutrizzjoni Tajba
SDG 3Żvilupp Urban Sostenibbli u Rħula u Bliet Reżiljenti
SDG 10, SDG 11, SDG 13L-Ilma u l-Enerġija
SDG 6, SDG 7, SDG 13Il-Kultura u l-Wirt
SDG 11Ir-Riċerka u l-Innovazzjoni għat-Tkabbir Sostenibbli
SDG 8, SDG 9Sistemi Alimentari Sostenibbli
SDG 2, SDG 3, SDG 14, SDG 15Ekonomija u Soċjetà B’Setgħa Diġitali
SDG 4, SDG 8, SDG 9, SDG 10Il-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali – Ma Nħallu Lil Ħadd Lura
SDG 1, SDG 2, SDG 10Il-Protezzjoni, il-Konservazzjoni u t-Titjib tal-Kapital Naturali
SDG 13, SDG 14, SDG 15Edukazzjoni u Taħriġ ta’ Kwalità Għolja u Impjiegi ta’ Valur Miżjud
SDG 4, SDG 8Komunitajiet Siguri u Integrati, Opportunitajiet Indaqs u Sistema tal-Ġustizzja – Ma Nħallu Lil Ħadd Jibqa’ Lura
SDG 5, SDG 10, SDG 162025
It-tieni edizzjoni tal-Forum għall-Iżvilupp Sostenibbli li jinvolvi diversi partijiet interessati saret fl-1 t’Ottubru 2025 bħala parti mill-Jiem ta’ Azzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli ta’ Malta 2025, filwaqt li tibni fuq is-suċċess tal-ewwel edizzjoni tal-2024. Din irrappreżentat opportunità sinifikanti biex jiġu evalwati oqsma prijoritarji u jiġu diskussi azzjonijiet li għadhom għaddejjin u dawk meħtieġa biex javvanzaw l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tal-Aġenda 2030, kif ukoll biex jimmaterjalizzaw il-ħames Għanijiet Strateġiċi ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli li joħorġu mill-Istrateġija ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli-2050. Il-Forum laqqa’ flimkien rappreżentanti mill-Gvern, kunsilli lokali u reġjonali, organizzazzjonijiet volontarji, is-settur akkademiku, rappreżentanti taż-żgħażagħ, is-settur privat, u atturi ewlenin oħra.
Il-Forum kien inkluda sensiela ta’ workshops (mogħtija f’diversi formati fosthom diskussjonijiet fuq panel, sessjonijiet ta’ preżentazzjoni, u workshops interattivi), iffukati fuq diversi oqsma tematiċi relatati mal-SDGs. Dawn il-workshops kellhom l-għan li jipprovdu spazju li jassigura d-djalogu miftuħ, il-kollaborazzjoni, u l-qsim tal-għarfien bejn il-partijiet interessati differenti. Ġew organizzati total ta’ disa’ workshops fuq tliet sessjonijiet, bi tliet workshops isiru f’kull sessjoni.




















































