Premju għall-
Jenfasizza l-isforzi magħmula mill-iskejjel biex iżidu s-sostenibbiltà tal-binjiet u l-operat tagħhom. L-applikanti taħt din il-kategorija jistgħu jikkunsidraw:
- Sforzi biex jintegraw b’suċċess it-tagħlim ta’ prattiċi sostenibbli fil-kurrikulu tal-iskola.
- Sforzi biex jinvolvu direttament lill-istudenti fit-trasformazzjoni tal-iskola f’waħda sostenibbli billi jipparteċipaw fi prattiċi bħal spazji ħodor, il-promozzjoni ta’ enerġija nadifa, l-inkoraġġiment tal-ugwaljanza eċċ.
- Sforzi biex jispiraw skejjel oħra jadottaw il-proġetti tagħhom ta’ sostenibbiltà.
- Sforzi biex jiġi żgurat il-benesseri tal-persunal u tal-istudenti billi jiġi promoss stil ta’ ħajja b’saħħtu. Dan jinkludi l-promozzjoni ta’ ikel nutrittiv, l-eżerċizzju, u l-importanza tas-saħħa mentali eċċ.
- Sforzi biex jiġi żgurat li l-popolazzjoni tal-iskola tħoss li hija inkluża u rispettata, b’mod partikolari studenti u persunal minn sfondi marġinalizzati.
- Sforzi biex tiġi offruta edukazzjoni ta’ kwalità sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jiksbu xogħol deċenti.
- Kull sforz ieħor ta’ skejjel li qed imexxu bl-eżempju fl-integrazzjoni tas-sostenibbiltà fl-ispazji fiżiċi tagħhom, fis-sistemi amministrattivi u fir-rutina ta’ kuljum.
Kriterji Speċifiċi tal-Eliġibbiltà
Dan il-premju japplika speċifikament għal partijiet interessati li huma:
- Skejjel Primarji, Sekondarji u Post-Sekondarji (statali, tal-knisja u privati)
Is-sottomissjoni tista’ tinkludi proġett/inizzjattiva waħda jew diversi proġetti/inizzjattivi mwettqa mill-applikant matul il-perjodu eliġibbli (mis-sena skolastika 2023/2024 sas-sena skolastika 2025/2026).
Premjijiet
Dawk li jiġu fl-ewwel post se jingħataw premju monetarju ta’ €2,000 u trofew. Dawk li jiġu fit-tieni u fit-tielet post se jingħataw tifkira kommemorattiva.
Sponsorjat minn:
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport
Kriterji tal-Evalwazzjoni
1. IMPATT (60%)
Impatt ta’ suċċess jinkludi riżultati li jistgħu jitkejlu fit-tibdil tal-imġiba tan-nies u l-perċezzjonijiet pubbliċi u/jew fl-influwenzar tal-politiki pubbliċi u/jew tal-allokazzjonijiet baġitarji biex jitħaffu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDGs) u l-Istrateġiji ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli.Impatt ta’ suċċess jindika wkoll titjib sinifikanti fil-kundizzjonijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali, inkluż l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, is-saħħa, l-iżvilupp tal-kapaċità, l-inklużjoni, l-istabbiltà ekonomika, is-sigurtà tal-ikel, l-adattament u/jew il-mitigazzjoni tal-klima, il-protezzjoni ambjentali u/jew il-paċi.
2. NOVITÀ/INNOVAZZJONI TAL-APPROĊĊ (15%)
Kemm huwa innovattiv dan il-proġett/inizzjattiva? Kif jibni fuq idea innovattiva dan il-proġett/din l-inizjattiva?
3. SKALABBILTÀ/REPLIKABBILTÀ (15%)
Dan il-proġett/inizzjattiva kif għandu l-potenzjal li jiġi estiż u/jew replikat f’kuntesti oħra biex iħaffef il-kisba ta’ l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDGs) u l-Istrateġiji ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli?Diġà ġie estiż u/jew replikat?
4. VOT PUBBLIKU (10%)
Kull nominazzjoni magħżula fil-lista finali titpoġġa fuq il-midja soċjali u l-pubbliku jivvota għall-premju li jemmen li jistħoqqlu jirbaħ.









