L-Istrateġija ta’ Malta għall-
Minn Viżjoni għal
Azzjoni
L-Istrateġija ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli 2050 hija dokument ambizzjuż li jsarraf il-Viżjoni ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli għall-2050 f’politika strateġika li tħares l-ambjent u l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-Gżejjer Maltin.
Dan id-dokument strateġiku jsegwi d-direzzjoni stabbilita mill-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Ġnus Magħquda filwaqt li jintegra azzjonijiet fil-ħidma kollha tal-Gvern u jiżgura li l-għanijiet u l-miri stabbiliti jintlaħqu bl-aktar mod effettiv.
Ħarsa lejn
l-Għanijiet Strateġiċi
Dan id-Dokument Strateġiku jistabbilixxi ħames Għanijiet Strateġiċi għall-2050:

Tranżizzjoni Lejn Ekonomija Ekoloġika u Blu Newtrali Għall-Klima

Lejn il-Preservazzjoni tal-Iżvilupp Urban Sostenibbli u l-Wirt Kulturali

L-Iżgurar tà Ħajjiet u Benesseri B’Saħħithom għal Kulħadd

l-Aċċellerazzjoni tat-Trasformazzjoni Diġitali, il-Mobilità Intelliġenti u l-Konnettività

Il-Kisba tal-Ġustizzja Soċjali u l-Ġid għal Kulhadd
L-implimentazzjoni ta’ dawn l-Għanijiet Strateġiċi ser ikunu mkejla permezz ta’ sett ta’ miri li ser jiġu tradotti f’azzjonijiet konkreti fil-fażi li jmiss tal-Istrateġija, li ser tkun il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli.

Għanijiet Strateġiċi
Oqsma tà żvilupp sal-2050 li fuqhom irridu naħdmu sabiex nirrealizzaw il-Viżjoni 2050.

Objettivi Strateġiċi
Tragwardi li rridu nilħqu sabiex nimplimentaw l-Għanijiet Strateġiċi.

Miri
Kejl li juri progress fil-kisba tal-Għanijiet Strateġiċi.
