Il-Koordinaturi u l-Persuni ta’ Referenza
L-Artikolu 7 tal-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, Kap. 521 jistabbilixxi lis-Segretarji Permanenti fi ħdan kull Ministeru bħala Koordinaturi responsabbli għall-Iżvilupp Sostenibbli għal dak il-Ministeru. Jistabbilixxi wkoll lid-Diretturi responsabbli mill-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programmi fi ħdan kull Ministeru bħala l-Persuni ta’ Referenza responsabbli għall-Iżvilupp Sostenibbli għal dak il-Ministeru.
Il-Koordinaturi huma responsabbli mill-integrazzjoni tas-sostenibbiltà fl-amministrazzjoni pubblika u mill-għoti ta’ għajnuna lid-Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli, billi jagħtu input dwar il-formulazzjoni, ir-reviżjoni jew il-monitoraġġ ta’ strateġiji, politiki jew kull inizjattiva oħra relatata mal-iżvilupp sostenibbli, kif ukoll billi jagħtu kwalunkwe forma oħra ta’ input li, minn żmien għal ieħor, jista’ jkun meħtieġ fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli.
Agħfas hawnhekk biex tara l-Koordinaturi responsabbli għall-Iżvilupp Sostenibbli.
Il-Persuni ta’ Referenza għall-Iżvilupp Sostenibbli jgħinu lill-Koordinaturi responsabbli għall-Iżvilupp Sostenibbli biex jiżviluppaw il-pożizzjoni tal-Ministeru fir-rigward ta’ kull talba relatata mal-iżvilupp sostenibbli.
