Is-Sustainable
Permezz tal-inizjattiva tas-Sustainable Development Baby Box, kull tarbija li titwieled tirċievi starter kit maħsub biex jgħin lill-ġenituri/kustodji biex jadottaw prattiki aktar favur l-ambjent sa mill-ewwel stadji tal-ħajja tat-tfal. Il-kaxxa tinkludi prodotti sikuri u u favur l-ambjent li jippromwovu l-użu ta’ alternattivi riutilizzabbli minflok oġġetti li jintużaw darba biss u jintremew. L-għan tagħha huwa li theġġeġ il-kunċett tas-sostenibbiltà minn età bikrija ħafna filwaqt li jżid l-għarfien dwar għażliet aktar ekoloġiċi għall-kura tat-trabi. Barra minn hekk, tinkludi wkoll sett ta’ kotba adattati għall-età biex jinkoraġġixxu l-qari sa minn età bikrija.
Mill-bidu tal-proġett, sa tmiem l-2025, tqassmu aktar minn 17,000 Sustainable Development Baby Boxes lill-ġenituri u l-kustodji madwar Malta u Għawdex.
Billi tippromwovi l-użu ta’ prodotti sostenibbli, l-inizjattiva tgħin tnaqqas l-iskart, tappoġġja negozji ekoloġiċi, u żżid il-valur tal-oġġetti u s-servizzi ambjentali. B’hekk, tikkontribwixxi għall-progress f’ħames Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli: l-SDG 4 (Edukazzjoni ta’ Kwalità), l-SDG 8 (Xogħol Deċenti u Tkabbir Ekonomiku), l-SDG 10 (Tnaqqis tal-Inugwaljanzi), l-SDG 12 (Konsum u Produzzjoni Responsabbli), u l-SDG 13 (Azzjoni għall-Klima).
X’se
tirċievi:

Kutra għat-trabi
Kutra għat-trabi magħmula minn materjal li jirrispetta l-ambjent.

Drapp tal-muslin (qlejba)
Drapp tal-muslin magħmul minn materjal li jirrispetta l-ambjent.

Vavalor għall-ikel
Vavalor li tista' jiġi aġġustat, adattat għal trabi minn sitt xhur 'il fuq.

Pożati
Sett ta' mgħarfa u furketta magħmulin minn materjal mingħajr BPA.

Ħarqa li tista' terġa tintuża u liners
Ħarqa ekoloġika li tista' terġa tintuża, b'daqs li jista' jiġi aġġustat, mit-twelid sat-taħriġ tal-potty, flimkien ma' liners biex jintużaw magħha.

Borża għall-ħwejjeġ imxarrbin
Borża waterproof biż-żipp magħmula minn materjal li jirrispetta l-ambjent, użata biex jinżammu fiha temporanjament il-ħrieqi użati.

Wipe tal-drapp
Wipe li tista' terġa' tintuża magħmula minn materjal li jirrispetta l-ambjent.

Gażaża u teether
Gażaża u teether magħmulin minn materjal mingħajr BPA.

Kalzetti u ingwanti
Magħmulin minn materjal li jirrispetta l-ambjent.

Kotba
Kotba għas-snin bikrin bil-Malti u bl-Ingliż.
