Premju għas-Sostenibbiltà
Inizjattivi u progress magħmul mis-Servizz Pubbliku biex titmexxa ’l quddiem l-aġenda tal-iżvilupp sostenibbli. L-applikanti taħt din il-kategorija jistgħu jikkunsidraw:
- Sforzi biex jintroduċu jew jirriformaw politiki u regolamenti pubbliċi fil-Gvern li jappoġġjaw l-iżvilupp sostenibbli.
- Sforzi biex jimplimentaw u jippromwovu s-17-il SDG tan-NU u l-Għanijiet Strateġiċi għall-Iżvilupp Sostenibbli ta’ Malta fl-aspetti kollha tax-xogħol tagħhom.
- Sforzi biex jintroduċu strateġiji soċjoekonomiċi u ambjentalment sostenibbli fl-operat tagħhom u fuq il-post tax-xogħol.
- Sforzi biex itejbu u jieħdu ħsieb is-saħħa u l-benesseri tal-impjegati tagħhom.
- Sforzi biex jikkollaboraw ma’ entitajiet pubbliċi oħra biex jilħqu u jimplimentaw is-sostenibbiltà.
- Kull sforz ieħor muri minn entitajiet pubbliċi fl-integrazzjoni tas-sostenibbiltà fl-operat tal-gvern.
Kriterji Speċifiċi tal-Eliġibbiltà
Dan il-premju japplika speċifikament għal partijiet interessati li huma:
- Korpi jew Entitajiet li jaqgħu taħt is-Servizz Pubbliku jew is-Settur Pubbliku
Is-sottomissjonijiet għandhom jirrigwardaw proġett wieħed jew inizjattiva waħda definita b’mod ċar implimentata mill-applikant. Il-proġett sottomess jista’ jinkludi diversi attivitajiet, azzjonijiet jew avvenimenti, sakemm dawn ikunu ġew imwettqa bħala parti mill-istess proġett ġenerali u taħt titlu jew għan wieħed. L-applikazzjonijiet ma jistgħux jikkonsistu f’ġabra, sommarju jew portafoll ta’ proġetti mhux relatati jew fix-xogħol kollu mwettaq mill-applikant matul il-perjodu eliġibbli. Meta applikant ikun wettaq diversi inizjattivi distinti, għandu jintgħażel u jiġi sottomess proġett wieħed speċifiku.
Premjijiet
Dawk li jiġu fl-ewwel post se jingħataw trofew, filwaqt li dawk li jiġu fit-tieni u fit-tielet post se jingħataw tifkira kommemorattiva.
Kriterji tal-Evalwazzjoni
1. IMPACT (60%)
Impatt ta’ suċċess jinkludi riżultati li jistgħu jitkejlu fit-tibdil tal-imġiba tan-nies u l-perċezzjonijiet pubbliċi u/jew fl-influwenzar tal-politiki pubbliċi u/jew tal-allokazzjonijiet baġitarji biex jitħaffu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDGs)ul-Istrateġiji ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli.Impatt ta’ suċċess jindika wkoll titjib sinifikanti fil-kundizzjonijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali, inkluż l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, is-saħħa, l-iżvilupp tal-kapaċità, l-inklużjoni, l-istabbiltà ekonomika, is-sigurtà tal-ikel, l-adattament u/jew il-mitigazzjoni tal-klima, il-protezzjoni ambjentali u/jew il-paċi.
2. NOVITÀ/INNOVAZZJONI TAL-APPROĊĊ (15%)
Kemm huwa innovattiv dan il-proġett/inizzjattiva? Kif jibni fuq idea innovattiva dan il-proġett/din l-inizjattiva?
3. SKALABBILTÀ/REPLIKABBILTÀ (15%)
Dan il-proġett/inizzjattiva kif għandu l-potenzjal li jiġi estiż u/jew replikat f’kuntesti oħra biex iħaffef il-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDGs)ul-Istrateġiji ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli?Diġà ġie estiż u/jew replikat?
4. VOT PUBBLIKU (10%)
Kull nominazzjoni magħżula fil-lista finali titpoġġa fuq il-midja soċjali u l-pubbliku jivvota għall-premju li jemmen li jistħoqqlu jirbaħ.









