Premju ta’ Tmexxija
Niċċelebraw individwi żgħażagħ li wrew tmexxija eċċezzjonali fil-promozzjoni tas-sostenibbiltà. L-applikanti taħt din il-kategorija jistgħu jikkunsidraw:
- Sforzi biex imexxu liż-żgħażagħ bl-eżempju, u juru impenn personali qawwi lil hinn minn dak mistenni.
- Sforzi biex jgħallmu liż-żgħażagħ jaħsbu b’mod kritiku, filwaqt li jżommu f’moħħhom l-SDGs tan-NU u l-Għanijiet Strateġiċi għall-Iżvilupp Sostenibbli ta’ Malta.
- Sforzi biex jispiraw liż-żgħażagħ biex ikunu parteċipanti attivi fil-komunitajiet tagħhom u biex ixerrdu l-messaġġ dwar is-sostenibbiltà.
- Sforzi biex jinvolvu żgħażagħ minn kull sfond, irrispettivament mir-razza, il-ġeneru, is-sesswalità, id-dħul finanzjarju, id-diżabilità eċċ.
- Sforzi biex iħejju liż-żgħażagħ għall-karrieri futuri tagħhom billi jiffukaw fuq edukazzjoni ta’ kwalità u t-tisħiħ tal-ħiliet.
- Sforzi biex jinkoraġġixxu liż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom fi prattiċi ambjentali sostenibbli biex jipproteġu l-ħajja taħt il-baħar u fuq l-art.
- Kull sforz ieħor ta’ mexxejja żgħażagħ eċċezzjonali li qed imexxu bidla sinifikanti u juru impenn qawwi lejn l-avvanz tas-sostenibbiltà.
Kriterji Speċifiċi tal-Eliġibbiltà
Dan il-premju japplika speċifikament għal partijiet interessati li huma:
- Individwi bejn l-etajiet ta’ 13 u 30
Is-sottomissjoni tista’ tinkludi proġett/inizzjattiva waħda jew diversi proġetti/inizzjattivi mwettqa mill-applikant matul il-perjodu eliġibbli.
Premjijiet
Dawk li jiġu fl-ewwel post se jingħataw premju monetarju ta’ €2,000 u trofew. Dawk li jiġu fit-tieni u fit-tielet post se jingħataw tifkira kommemorattiva.
APPOĠĠJAT MINN
Aġenzija Żgħażagħ
Kriterji tal-Evalwazzjoni
1. IMPATT (60%)
Impatt ta’ suċċess jinkludi riżultati li jistgħu jitkejlu fit-tibdil tal-imġiba tan-nies u l-perċezzjonijiet pubbliċi u/jew fl-influwenzar tal-politiki pubbliċi u/jew tal-allokazzjonijiet baġitarji biex jitħaffu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDGs)uIstrateġiji ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli.Impatt ta’ suċċess jindika wkoll titjib sinifikanti fil-kundizzjonijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali, inkluż l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, is-saħħa, l-iżvilupp tal-kapaċità, l-inklużjoni, l-istabbiltà ekonomika, is-sigurtà tal-ikel, l-adattament u/jew il-mitigazzjoni tal-klima, il-protezzjoni ambjentali u/jew il-paċi.
2. NOVITÀ/INNOVAZZJONI TAL-APPROĊĊ (15%)
Kemm huwa innovattiv dan il-proġett/inizzjattiva? Kif jibni fuq idea innovattiva dan il-proġett/din l-inizjattiva?
3. RAPPREŻENTANZA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ (15%)
Uri involviment attiv u impenjat fi rwol ta’ tmexxija jew rappreżentanza, bħal tmexxija ta’ organizzazzjoni jew inizjattiva, jew bħala rappreżentant taż-żgħażagħ.
4. VOT PUBBLIKU (10%)
Kull nominazzjoni magħżula fil-lista finali titpoġġa fuq il-midja soċjali u l-pubbliku jivvota għall-premju li jemmen li jistħoqqlu jirbaħ.









